Sistema tal-ġustizzja li taħtha jinqabad il-makku filwaqt li l-klieb il-baħar igħadduha lixxa
Agħtu daqqa t'għajn lejn it-titlu t'hawn fuq. Nistħajjel bħallikieku nkiteb il-kliem li ġej: “It-tipjip tas-sigaretti jtawwallek ħajjtek b'5 snin, igħid il-ministru tas-saħħa”. Fl-imgħoddi diġà kellna inkjesti pubbliċi indipendenti. L-inkjesta tal-Imħallfin dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia ma daħlitx f'kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' responsabbiltà kriminali għaliex din ir-responsabbiltà hi fil-kompetenza tal-awtoritajiet tal-pulizija, tal-maġistrati u tal-prosekutur. [...]