Meta taqa’ ħesrem il-maskra tal-għaref jitbissem

By
2023-06-28T16:10:25+02:00Wed, 28th Jun '23, 09:12|

Waqt li l-bieraħ kien qed jiġi bbumbardjat b'sensiela ta' mistoqsijiet ma jaqtgħu xejn mill-President tal-Kumitat Parlamentari dwar il-Kontijiet Pubbliċi Darren Carabott, Joseph Muscat deher maħruq u insista li m'huwiex pappagall. Ftit kienu dawk li ma nnutawx l-ironija fil-kuntest tal-fatt li f'dawn l-aħħar ġranet sirna nafu li hu kien bgħat kontijiet li jammontaw għall-eluf ta' ewro [...]

Kif marret il-baħar is-sistema tal-gwardjani lokali

By
2023-06-26T12:50:15+02:00Mon, 26th Jun '23, 08:55|

Fl-2011, meta kien għadu Kap tal-Oppożizzjoni, Joseph Muscat stqarr li kien bi ħsiebu "jaqbad il-barri minn qrunu u jindirizza s-"serq" fis-sistema tal-gwardjani lokali". Sa dak iż-żmien, is-sistema tal-gwardjani lokali kienet diġà ilha għaxar snin li ddaħħlet. Fl- 2011, l-Kunsilli Lokali kienu ngħataw is-setgħa li jqabbdu lil dawn il-gwardjani biex jissorveljaw it-toroq. Meta kien ikun hemm [...]

Aqraw dan li ġej u roddu s-slaleb

By
2023-06-21T13:43:44+02:00Wed, 21st Jun '23, 08:15|

Fl-2003 Joseph Muscat kien għamel tabirruħu li l-Partit Laburista rebaħ il-kampanja tar-referendum dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Dawk li vvutaw "Le" kienu ħafna inqas minn dawk li vvutaw "Iva" u madankollu ħareġ jiċċelebra fit-toroq. Jien għidt li għamel tabirruħu li rebħu, iżda x'ħass bejnu u bejn ruħu jien ma nafx. Nista' biss nikkummenta dwar [...]

Li jonqos huwa t-tfassil ta’ pjan serju

By
2023-06-07T20:16:47+02:00Wed, 7th Jun '23, 08:22|

Qrajt dalgħodu l-editorjal tat-Times of Malta li jsegwi dak li stqarr Clyde Caruana dan l-aħħar dwar il-ħtieġa li jiġi riformat u mibdul il-mudell ekonomiku Malti. L-editur igħid li l-gvern għandu jwettaq din ir-riforma llum qabel għada. Hekk hu. Wara kollox jidher li hawn qbil ġenerali li ma nistgħux nibqgħu mexjin fuq it-triq li qbadna. Madankollu [...]

L-istat tal-Istat

By
2023-06-02T15:33:41+02:00Fri, 2nd Jun '23, 08:54|

a It-tielet hekk imsejħa konferenza dwar "l-istat tan-nazzjon" qed titnieda llum presjeduta mill-President George Vella. Skont stqarrija uffiċjali li ħabbret il-konferenza: “Il-President Vella innota li t-temi li ser jiġu diskussi fil-konferenza ta' din is-sena huma marbutin direttament mal-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadin. Dawn jinkludu l-familja, l-mezzi tax-xandir u l-isfidi ġodda li dawn għandhom quddiemhom fis-soċjetà, t-tradizzjonijiet [...]

Go to Top