Loġika bażwija

By
2023-08-30T20:30:39+02:00Wed, 30th Aug '23, 17:24|

Waqt li l-bieraħ kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet, Joseph Muscat ġie mistoqsi mid-deputat Nazzjonalista Darren Carabott dwar artiklu li jien kont ktibt f'Ġunju 2018. Hawn tistgħu taraw il-link għal dan l-artiklu li fih kont ktibt li f'Jannar 2015 Keith Schembri kien irċieva ammont sostanzjali ta' flus u dan ftit wara li wasal lura Malta mill-Ażerbajġan. Dan [...]

La ser inħalluh jipprova jnessi l-fatti u lanqas m’aħna ser nippermettulu li jgħawweġ l-istorja

By
2023-08-30T14:56:31+02:00Wed, 30th Aug '23, 07:50|

Joseph Muscat kien iħossu komdu fil-Ministeru tal-Verità bil-qiegħda wara Winston Smith. Il-bieraħ ipprova jnessi dak kollu li sirna nafu bih bis-saħħa tax-xhieda li kienet ingħatat quddiem l-Imħallfin tal-inkjesta dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Ix-xhieda kważi lkoll instemgħu fil-beraħ. Ċertament nistgħu ma naqblux ma' wħud mir-rakkomandazzjonijiet li kienu għamlu l-Imħallfin, iżda jekk ser noqgħodu mmeru [...]

Il-ħniżrijiet ħallewh iwettaqhom għax għandu l-barka

By
2023-08-28T19:12:26+02:00Mon, 28th Aug '23, 10:57|

Ħadd ma messu skanta meta xi ġranet ilu Johann Grech indirizza lin-nazzjon u tkellem bil-lingwaġġ użat minn Joseph Muscat u Robert Abela fil-konfront ta' min jikkritika l-politika tal-gvern u stqarr li "qed tiġi attakkata Malta". Johann Grech huwa propagandist veteran tal-Partit Laburista. U billi jippoża għar-ritratti ma' artisti famużi li jitħallsu mill-kaxxa ta' Malta biex [...]

Jikkastigaw lil min jikxef il-ħmieġ

By
2023-08-17T12:33:22+02:00Thu, 17th Aug '23, 09:21|

Ma nistax naħlef għall-allegazzjonijiet li għamel illum Arnold Cassola f'artiklu li kiteb fit- Times of Malta. Madankollu, b'riżq dak li ser nikteb, ser nassumi li l-allegazzjonijiet li għamel huma minnhom. Fi ftit kliem, Cassola allega li ċertu Ażiż - bniedem li twieled f'kamp tar-refuġjati fil-Palestina - kien emigra lejn Malta madwar 18 il-sena ilu u [...]

Norma Saliba xortiha daqshekk tajba?

By
2023-08-14T11:49:10+02:00Mon, 14th Aug '23, 09:07|

Norma Saliba ma tantx irreġistrat suċċessi fl-aħħar impjieg li kellha ħlief dak li sservi bħala qaddejja tal-gvern fix-xandir tal-aħbarijiet fuq l-istazzjon nazzjonali televiżiv. Hawn xi ħadd li jista' jiftakar f'biċċa xogħol ġurnalistika, waħda li hi waħda, li din wettqet? Taħt it-tmexxija tagħha, l-Aħbarijiet ta' TVM ta' sikwit ġew kundannati fuq akkużi ta' parzjalità u qatt [...]

Go to Top