Dwar xiex aktar jonqsu jigdeb?

By
2023-09-27T21:22:56+02:00Wed, 27th Sep '23, 08:29|

Lill-membri tal-Kumitat Parlamentari dwar il-Kontijiet Pubbliċi, Joseph Muscat qalilhom li tal-Kummissjoni Ewropea kienu jafu b'kollox dwar il-ftehim li l-gvern tiegħu kien leħaq mal-kumpannija tal-gass tal-Ażerbajġan. Iżda l-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia għarblet il-fatti u tal-Kummissjoni Ewropea qalulha li dak li stqarr Muscat ma kienx minnu. U hekk kif ġie wiċċ imb'wiċċ maċ-ċaħda tal-Kummissjoni Ewropea, Joseph Muscat [...]

Min xeba’ jaħbi u jgħatti m’għandux jippretendi li għandna nafdawh

By
2023-09-16T22:51:10+02:00Sat, 16th Sep '23, 11:37|

Ftit wara li kienet skattat ir-Rivoluzzjoni Franċiża, waħda mill-"proċeduri antiki" li dwarha kien jilmenta l-poplu Franċiż kienet - għalkemm il-kelma "proċeduri" mhix waħda preċiża - dwar il-ħruġ ta' lettres de cachet. Dawn ma kienu xejn ħlief ittri ffirmati u ssiġillati mir-Re b'ordni biex persuna tinqafel fi sptar mentali. Meta xi ħadd kien jiġi kundannat bis-saħħa [...]

Iriduna nitħassruhom

By
2023-09-13T18:31:47+02:00Wed, 13th Sep '23, 09:07|

Tobba li huma membri tal-bord li kien approva applikazzjonijiet għall-benefiċċji tad-diżabilità imsejsin fuq ċertifikati foloz tal-mard illum ilmentaw mat-Times of Malta li "huma wkoll kienu ġew imqarrqa". Dawn qalu li ma setgħu qatt isiru jafu li l-firem kienu ffalsifikati. Lil tat-Times of Malta talbuhom biex isimhom ma jixxandarx u dan minkejja l-fatt li ma setgħax [...]

Meta l-ġustizzja tkun ser tilħaqhom, jagħmlulha l-bsaten fir-roti

By
2023-09-06T16:55:09+02:00Wed, 6th Sep '23, 10:13|

Il-gvern għandu ġenn fuqu biex igħatti l-fatt li kien hu stess li kien għatta l-iskandlu dwar il-ħlas ta' benefiċċji b'qerq. Tat-Times of Malta ma waqfux biss mal-kxif tal-iskandlu  u qed jagħfsu lill-gvern biex iwieġeb għall-mistoqsijiet tagħhom. U t-tweġibiet li qed jagħti l-gvern huma kawlata sħiħa. It-tweġibiet li ħarġu bihom illum il-Prim Ministru Robert Abela u [...]

Tinkixef borma oħra: politiċi Laburisti bla skrupli jisfruttaw it-tbatija tan-nies

By
2023-09-04T15:53:15+02:00Mon, 4th Sep '23, 10:22|

Tat-Times of Malta kixfu borma oħra. Hekk kważi dejjem jinkixfu l-iskandli. Il-Pulizija kellmet lid-deputat Laburista li kien fiċ-ċentru ta' skema ta' qerq u frodi dwar min kellu jibbenefika minn għajnuna, liema skema tfasslet bil-għan li jinxtraw il-voti ta' dawk il-votanti potenzjali tal-Partit Laburista li kienu għaddejjin minn diffikultajiet finanzjarji. Il-Pulizija arrestat u nterrogat lid-deputat Laburista [...]

Go to Top