Jipprova jagħmel l-arja hu u jegħreq
Wara s-seduta tal-qorti tal-bieraħ li fiha qed jitlob it-tneħħija tal-Maġistrat Gabriella Vella mit-tmexxija tal-inkjesta dwar il-korruzzjoni li seħħet fil-privatizzazzjoni ta' tliet sptarijiet, Joseph Muscat reħielha għall-Facebook, l-awla tal-qorti favorita tiegħu. Huwa kiteb dwar żewġ kwistjonijiet u waħda minn dawn kienet it-tweġiba li tah Robert Aquilina, l-president ta' Repubblika, li l-bieraħ issejjaħ biex jixhed. Qabel xejn, [...]