Chris Fearne ma nafx dan il-blog jaqraħx jew le. Madankollu l-blogs jmissu jibda’ jaqrahom.  F’intervista li hu kien ta’ lil The Malta Independent f’Mejju 2016 huwa kien stqarr li “blogs li provi ma jġibux” ma jaqrahomx. Dan id-diskors kien qalu b’riferenza għar-Running Commentary ta’ Daphne Caruana Galizia.

Eh, mela dik hi l-problema, hux hekk? Forsi li kieku l-blog ta’ Daphne kien jaqrah bħalma konna naqrawh aħna, kien jitħajjar jiċċaqlaq minn fuq il-pultruna u jieħodha kontra tal-Vitals u ta’ Steward qabel Malta kellha tispiċċa tberbaq mijiet ta’ miljuni ta’ ewro, bi proprjetà pubblika titħalla fi stat żdingat u pazjenti mġiegħla jsofru l-konsegwenzi tal-inkompetenza tiegħu.

Din setgħet kienet waħda mill-biżibilju ta’ blog posts ta’ Daphne Caruana Galizia li Chris Fearne kien messu qara’. U forsi kien jagħmel xi ħaġa għall-ġid. Hawn hu l-post li qed nirreferi għalih.

B’xorti ħażina għal Malta, Chris Fearne għadu sal-lum Ministru tas-Saħħa filwaqt li Daphne Caruana Galizia m’għadhiex magħna.