Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista li hu wkoll it-tielet fil-grad ta’ preċedenza tal-gvern, il-Ministru Chris Cardona llum mhux se jmur jivvota fil-Parlament. Il-gvern b’daqshekk m’huwiex se jitlef xi vot iżda l-assenza ta’ ministru ewlieni hi ta’ sinjifikat speċjalment meta m’hemmx l-iskuża ta’ safar.
Intant ninsab infurmat li kien hemm min lemaħ lill-Ministru Chris Cardona fil-Parliament għal ftit ħin aktar kmieni llum u r-reġistru jidher li hu mmarkat li attenda għas-seduta.
Iżda f’każ li ma jkunx jista’ jsir breathalyser test fuqu, impossibbli li wieħed jivverifika r-raġuni għaliex żamm i’l boghod mill-Kamra tad-Deputati fi żmien importanti bħal dan.