Need a new search?

If you didn't find what you were looking for, try a new search!

MEPs jistaqsu lill Kummissjoni jekk, wara r-rapport tal-Kummissjoni ta’ Venezja, għandux jinbeda’ proċess fuq Malta dwar is-saltna tad-dritt.

By
2019-01-29T17:35:08+01:00Fri, 25th Jan '19, 08:50|

Tliet membri tal-Parlament Ewropew għadhom kemm ressqu mistoqsija lill-Kummissjoni Ewropea li titlob li, fl-isfond tar-rapport dwar Malta mħejji mill-Kummissjoni ta' Venezja, kinitx issa lesta li “tniedi djalogu kostruttiv dwar is-saltna tad-dritt”. Dan mhu xejn ħlief kliem li fil-fatt iħeġġeġ li ssir pressjoni fuq Malta biex isiru r-riformi meħtieġa sabiex ma jkollhiex għalfejn tiffaċċja konsegwenzi politiċi. [...]

L-Inkjesta Daphne: sena wara

By
2022-07-28T11:55:01+02:00Wed, 27th Jul '22, 11:50|

Dan li ġej huwa sunt tar-rakkomandazzjonijiet li segwew il-konklużjonijiet tal-inkjesta dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia li xxandru sena ilu. Il-kolonna tax-xellug tikkwota estratti tar-rakkomandazzjonijiet imħejjija u mxandrin bl-Ingliż mid-Daphne Caruana Galizia Foundation. Fin-nofs jidher is-simbolu "traffic light" li jindika l-istat tat-twettiq ta' kull proposta: il-kulur aħdar ifisser li l-proposta twettqet, il-kulur isfar ifisser li [...]

Tal-Kummissjoni ta’ Venezja qed nistħajjilhom iżommu żaqqhom mgħoxijin bid-daħk

By
2021-06-09T10:57:03+02:00Wed, 9th Jun '21, 10:07|

Ma tistax ma tħossx sens ta' mistħija u tkun trid l-art tibilgħek int u taqra l-artiklu li ħarbex illum il-Ministru tal-Ġustizzja fit-Times of Malta. Huma u jaqrawh, tal-Kummissjoni ta' Venezja nistħajjilhom iżommu żaqqhom mgħoxijin bid-daħk. Buffu u baħnan tabilħaqq. Diġa' kont ktibt dwar ir-raġunijiet il-għala jidhirli li Edward Zammit Lewis m'għandux raġun. U ġaladarba Edward [...]

Mela issa ammettew li l-mafja ħakmet lill-Partit Laburista

By
2020-06-23T23:07:06+02:00Tue, 23rd Jun '20, 19:59|

Evarist Bartolo kompla bil-karba Danteska dwar il-korruzzjoni li hemm fi ħdan il-partit tiegħu iżda qal li m'hux bi ħsiebu jieħu lezzjonijiet mingħand il-PN dwar l-infiltrazzjoni tal-mafja. Għaliex? Kemm il-assassinju organizzat mill-istat twettaq meta kien hemm il-PN fil-gvern? Evarist Bartolo stqarr li kien biss Alfred Sant li ġġieled kontra l-mafja bis-serjetà qabel leħaq Robert Abela. Ejjew [...]

Il-President tal-Kummissjoni ta’ Venezja jiċħad li Malta talbet li tingħata parir dwar il-proċedura ġdida proposta għall-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija

By
2020-02-20T12:13:49+01:00Thu, 20th Feb '20, 11:14|

Il-president tal-Kummissjoni ta' Venezja Gianni Buquicchio stqarr miegħi li “ma saret ebda talba formali għall-għoti ta' parir” rigward il-bidliet proposti fil-liġi li bħalissa qed jiġu diskussi fil-Parlament dwar il-metodu tal-ħatra tal-kummissarju tal-pulizija. Gianni Buquicchio qal li l-Ministeru ta' Byron Camilleri talab biss “konsultazzjonijiet informali”. Din it-tweġiba tgiddeb l-istqarrija li għamel Byron Camilleri lill-Parlament li fittxet [...]

Il-Kummissjoni ta’ Venezja ma tagħtix il-pariri tagħha minn fuq it-telefon

By
2020-02-19T22:14:15+01:00Wed, 19th Feb '20, 18:14|

Wieħed ikollu għalxiex jinkwieta meta jintebaħ li l-gvern ta' Robert Abela qed jimxi fuq il-passi tal-gvern ta' qablu. Owen Bonnici kien allega li r-riformi li kien ippropona kienu ġew “approvati mill-Kummissjoni ta' Venezja” meta dan ma kien minnu xejn. Issa l-bieraħ Byron Camilleri fil-Parlament stqarr li l-Kummissjoni ta' Venezja kienet approvat l-abbozz ta' liġi tiegħu [...]

It-tifsira tal-kelma “konsultazzjoni” skont il-gvern

By
2019-10-02T08:36:59+02:00Tue, 1st Oct '19, 08:35|

Fis-27 ta' Ġunju, l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa għaddiet riżoluzzjoni li permezz tagħha talbet lil Malta turi li għamlet ħilitha fil-ġlieda kontra l-impunità li hawn fil-pajjiż li tippermetti lill-politiċi korrotti u lill-imħuħ wara l-assassinju ta' Daphne li jgħadduha lixxa. Malta ma ngħatax żmien biex issib tarf dawn il-kwistjonijiet. Iżda ingħatat żmien biex turi li qed tagħmel [...]

Go to Top