Fis-27 ta’ Ġunju, l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa għaddiet riżoluzzjoni li permezz tagħha talbet lil Malta turi li għamlet ħilitha fil-ġlieda kontra l-impunità li hawn fil-pajjiż li tippermetti lill-politiċi korrotti u lill-imħuħ wara l-assassinju ta’ Daphne li jgħadduha lixxa.

Malta ma ngħatax żmien biex issib tarf dawn il-kwistjonijiet. Iżda ingħatat żmien biex turi li qed tagħmel ħilitha biex jinstab dan it-tarf.

Fost affarijiet oħra, r-riżoluzzjoni talbet it-tnedija ta’ inkjesta pubblika u indipendenti dwar l-assassinju.

Talbet ukoll li jitmexxew ‘il quddiem l-inizjattivi rakkomandati kontra l-korruzzjoni mill-GRECO – grupp ta’ stati li qed jaħdmu biex jeqirdu l-korruzzjoni – kif ukoll l-inizjattivi rakkomandati mill-Kummissjoni ta’ Venezja dwar is-saltna tad-dritt. Għandu jingħad li fost l-inizjattivi dwar is-saltna tad-dritt hemm ir-riforma dwar il-mod kif jinħatru l-imħallfin u li m’għandhomx jinħatru aktar imħallfin qabel issir riforma sħiħa u komprensiva. U din ir-riforma trid issir wara li jkunu saru konsultazzjonijiet wiesa’.

Finalment, ir-riżoluzzjoni titlob lill-membru parlamentari Olandiż Pieter Omtzigt biex isegwi dak kollu li kien qed iseħħ f’Malta f’dan ir-rigward.

Fit-2 ta’ Lulju, jiġifieri anqas minn ġimgħa wara t-teħid tar-riżoluzzjoni, Pieter Omtzigt kiteb lil Manwel Mallia bħala kap tad-delegazzjoni tal-membri parlamentari tal-gvern fl-Assembea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa u għaddielu lista ta’ dak kollu li suppost kellha twettaq Malta. Fl-ittra, huwa fakkar li Malta ngħatat żmien sas-26 ta’ Settembru biex turi li għamlet il-ħila kollha tagħha biex twettaq it-tibdiliet meħtieġa.

Tafu meta Manwel Mallia għoġbu jwieġeb għal din l-ittra? Fis-26 ta’ Settembru – jiġifieri fl-aħħar jum taż-żmien mogħti lil Malta. Taħsbu li kellu x’iwieġeb dwar dak li suppost kienet wettqet Malta? Xejn affattu.

Punt numru 1: ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa titlob li r-rapport Egrant għandu jixxandar. Manuel Mallia qal li l-kwistjoni tinsab quddiem il-qrati u li l-gvern ma jista’ jagħmel xejn. Li ma qalx Manwel Mallia hu li l-kwistjoni kellha tmur quddiem il-qorti għaliex il-gvern assolutament ma riedx ixandar ir-rapport tal-inkjesta. Bħallikieku wieġeb: ‘aħjar għalikom, aħna niġu naqgħu u nqumu minn dak li jgħid il-Kunsill tal-Ewropa’.

Punt numru 2: Malta ntalbet tgħid x’wettqet mir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja u tal-GRECO. Manuel Mallia qal li lil dawn l-entitajiet huwa jippreferi jweġibhom direttament – kif m’għandniex xi ngħidu suppost għandu jagħmel il-gvern – iżda din ċertament m’hix raġuni għala t-talbiet ta’ entità politika dwar id-dirittijiet tal-bniedem bħalma hi l-Assemblea Parlamentari għandha tiġi njorata. M’għandniex xi ngħidu, il-gvern irreaġixxa b’dan il-mod għaliex ma wettaq assolutament xejn u ma ħa ebda miżura biex jilqa’ għall-korruzzjoni. U, biex ngħiduha kif inhi, m’hu bi ħsiebu jagħmel xejn għaliex m’huwiex ser jidħol f’riskju li jikxef l-għawwar ta’ Keith Schembri, ta’ Konrad Mizzi, ta’ Chris Cardona, ta’ Edward Scicluna u tal-oħrajn. Hawn il-gvern bħallikieku reġa’ tenna’ l-kliem: ‘aħjar għalikom, aħna niġu naqgħu u nqumu minn dak li jgħid il-Kunsill tal-Ewropa’.

Punt numru 3: Malta ntalbet tibqa’ lura milli taħtar imħallfin ġodda sakemm tiġi riformata s-sistema dwar kif dawn jinħatru u dan għaliex skont l-Assemblea Parlamentari s-sistema tagħna ma tiggarantix l-indipendenza tal-ġudikatura. Manuel Mallia wieġeb li fl-2016 Malta kienet adottat sistema ġdida fejn jidħlu ħatriet għall-ġudikatura bl-approvazzjoni unanima tal-Parlament u li din is-sistema hi aħjar minn dik li kellna qabel.

Dan jista’ jkun kollu minnu. Madankollu jibqa’ l-fatt li s-sistema li hemm ma tiggarantix il-grad ta’ indipendenza li hu meħtieġ f’demokrazija. Agħtu daqqa t’għajn lejn l-artiklu mxandar fit-Times of Malta tal-lum li jispjega l-konsegwenzi li l-gvern ser ikollu jiffaċċja jekk jibqa’ jwebbes rasu u li l-qrati tagħna kif ukoll il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ser ikollhom jiddeċiedu huma u juru l-qbil tagħhom mal-fehmiet tal-Kunsill tal-Ewropa. Manuel Mallia wieġeb billi qal li xi darba s-sistema ser ikollha tinbidel iżda fil-frattemp ser jibqgħu nagħżlu l-imħallfin li jridu huma. Hawn il-gvern bħal qiesu reġa’ tenna’ l-kliem: ‘aħjar għalikom, aħna niġu naqgħu u nqumu minn dak li jgħid il-Kunsill tal-Ewropa’.

Punt numru 4: Malta ntalbet twaqqaf l-impunità li hawn fil-pajjiż. Il-gvern m’għamel xejn affattu dwar il-Panama Papers, dwar l-iskandlu tal-bejgħ tal-isptarijiet, dwar il-passaporti li qed jinbiegħu lilll-kriminali u nistgħu nibqgħu għaddejjin.

Manwel Mallia nstamat u wieġeb li “ma jaqbilx li f’Malta hawn ambjent ta’ impunità”. Huwa kompla jgħid li “minkejja l-mod negattiv kif il-Kunsill qed iħares lejn Malta, entitajiet internazzjonali ta’ fama qed iħarsu pożittivament lejn Malta fejn għandha x’taqsam il-ġlieda kontra l-ħasil ta’ flus maħmuġin”. Hawn qed jirreferi għall-indiċi tal-Basel Institute of Governance.

Iżda jeħtieġ niftakru li, hu u jwieġeb fis-26 ta’ Settembru għal ittra li nkitbet fit-2 ta’ Lulju, Manuel Mallia kien diġà jaf bil-konklużjonijiet tar-rapport Moneyval tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-isforzi ta’  Malta fil qasam tal-ħasil tal-flus. Meta Pieter Omtzigt kiteb l-ittra tiegħu fit-2 ta’ Lulju, il-Moneyval kien għadu ma ħariġx ir-rapport tiegħu.

Dak li sabu tal-Moneyval juri li t-tħassib tal-Kunsill tal-Ewropa huwa ġustifikat. Għal darb’oħra: ‘aħjar għalikom, aħna niġu naqgħu u nqumu minn dak li jgħidu l-Kunsill tal-Ewropa u tal-Moneyval’.

Punt numru 5: Il-Kunsill tal-Ewropa talab li l-allegati assassini għandhom jgħaddu proċess kriminali u li għandhom jinqabdu l-imħuħ wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Manuel Mallia wieġeb t-tliet allegati assassini kienu ttellgħu il-qorti.

U dwar l-imħuħ wara l-assassinju, kull ma kellu xi jgħid Manuel Mallia kien li “l-investigazzjonijiet jinsabu għaddejjin”. Kemm hu minnu dan? F’Novembru 2018 – ftit inqas minn sena ilu – l-ministru tal-intern kien qal l-pulizija kienet waslet biex tarresta l-imħuħ wara l-assassinju. U minn dakinhar ‘l hawn, ma ġara’ assolutament xejn.

Ma nagħmlux mod li tliet allegati assassini talbu li jixhdu taħt proklama? L-intermedjarju li rranġa biex jitwettaq id-delitt ġie identifikat? Saru aktar arresti? Il-gvern bħallikieku qed igħid: “aħjar għalikom. M’aħna ser ngħidulkom xejn dwar dak li qed nagħmlu dwar din il-kwistjoni’.

Punt numru 6: Il-Kunsill tal-Ewropa talab it-tnedija ta’ inkjesta pubblika indipendenti dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Ftit qabel ma skada ż-żmien mogħti lilu, l-gvern xandar it-termini ta’ riferenza u ħatar il-membri ta’ bord ta’ inkjesta li qatt ma ried li jinħatar. U Manuel Mallia tkellem dwar ir-raġunijiet il-għala m’għandhiex issir inkjesta u kiteb li “f’dawn l-aħħar xhur il-gvern kien tkellem mal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-mod kif tista’ tiġi mnedija nkjesta pubblika”. Ma’ min tkellem il-gvern? Jekk xejn, l-ittra turi li l-gvern ma tkellem ma’ ħadd u wisq inqas tkellem mar-rapporteur li kien ġie maħtur biex isegwi l-każ mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.

Fl-aħħar Manwel Mallia kiteb li “ir-rekwiżiti ta’ paragrafu 8 tar-Riżoluzzjoni 2293(2019) kienu twettqu fiż-żmien mogħti”.

Il-bieraħ wieġeb Pieter Omtzigt dwar dak li kien seħħ fil-kumitat dwar affarijiet legali u dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa. Lil Manuel Mallia bħallikieku qallu “lanqas rekwiżit wieħed tar-riżoluzzjoni ma twettaq”. Bħallikieku qallu wkoll li din hi kollox barra nkjesta indipendenti u pubblika u, hu u jħabbarha, kien messu għamel tabirruħu li kien ikkonsulta mal-familja tal-vittma.

Ma tarax! Illum Eddie Privitera kiteb fit-Times of Malta u wera’ li l-ħsieb tiegħu u dak tal-gvern huma bħal fula maqsuma: din ħmerija, kiteb Privitera, li ulied Daphne jippretendu li għandhom jiġu konsultati fejn għandha x’taqsam inkjesta li ser tinvestiga l-assassinju ta’ ommhom.

Issa li dalwaqt infakkru t-tieni anniversarju mill-assassinju ta’ Daphne, qed jistenbħu ħafna trolls. U bosta minn dawn it-trolls qed jiktbu li, skont huma, kienu ulied Daphne stess li assassinawha. Din hi n-narrattiva mxajtna li tahom il-gvern u l-partit tagħhom!

Dan ċertament mhuwiex aċċettabbli.

Fis-16 ta’ Ottubru jeħtieġ li nagħtu risposta lill-gvern u nuruħ li m’hux bi ħsiebna nċedulu.