Upper East Side
https://youtu.be/3jJHK_5jtuo
https://youtu.be/3jJHK_5jtuo
Waħda mill-ġranet f’ħajjet Joe Mizzi f’ritratt miġbud b’galbu mill-fotografu uffiċjali tal-Gvern.
Id-deċiżjoni tal-union tat-tobba li tieħu xi forma ta’ azzjoni bi protesta kontra t-trasferiment ta’ tlieta mill-isptarijiet tagħna lil kumpanija Amerikana li tagħmel il-qligħ u li ma nafux min hi, hija kompletament ġustifikata. Ovvjament tal-MAM issa jistgħu jistennew li jdabbruha waħda u sew min-naħa tal-midja kkontrollata mil-Labour u anke minn parti kbira mill-pazjenti li f’isimhom, fil-verità, [...]
Agħtu titwila lejn il-mod kif qed tħares lejna d-dinja bħalissa mill-ewwel Episodju tas-sensiela li qed tixxandar fuq Netflix bl-isem “Flus Maħmuġin”. Mhux possibbli li tisimgħu dak li qed jingħad iżda tistgħu tifhmu permezz tal-kliem bl-Ingliż. Tistgħu ukoll issegwu s-sensiela kollha permezz ta’ abbonament man-Netflix. https://www.youtube.com/watch?v=_LTmF86UEmc
Illum mart il-Prim Ministru Michelle Muscat wieġbet għal mistoqsijiet li sarulha minn Lovin Malta dwar storja mxandra minn din il-website li s-sieħba tagħha fin-negozju kienet ħallset f'daqqa dak kollu li kien dovut fuq xiri ta’ appartament fi New York u dan ftit ġranet biss wara li kien allegatement sar ħlas lilha ta’ 400,000 Dollaru Amerikan minn Pilatus Bank. [...]
Lovin Malta għadha kemm lemħet l-ismijiet ta' tliet cittadini Maltin li huma midħla sew tal-President Russu Vladimir Putin f'lista mxandra mid-Dipartiment tat-Teżor Amerikan. It-tlieta huma mwildin fir-Russja. Jekk dawn il-persuni nsejjħulhom "Russi" ma nkunux qed niżbaljaw. Madankollu l-fatt jibqa' li Arkady Volozh, Boris Mints u Alexander Natanovich Nesis huma ċittadini Maltin. Tistgħu issibu aktar dettalji [...]
Il-ġurnal Malta Today illum xandar id-dettalji ta’ kawża li tal-Pilatus Bank kienu ppreżentaw waqt il-kampanja elettorali tal-2017 kontra Daphne Caruana Galizia, liema kawża imbagħad kienet ġiet irtirata ftit siegħat biss wara l-assassinju tagħha. Fil-verżjoni online tal-istess ġurnal tistgħu ssibu kopja sħiħa tal-kontenut tal-kawża. Ittantajt nakkwista kopja tad-dokument iżda jidher li tal-Malta Today irnexxielhom jakkwistawh qabli. [...]
Il-loġika fit-tmexxija ta' pajjiżna verament m'għadhiex xi ħaġa obbligatorja. Saret xi ħaġa optional. Josè Herrera jaħseb li jkun qed jidher sabiħ u jagħti l-impressjoni li jinteressah meta jgħid li l-uffiċċju tiegħu qed joħroġ ftit flus żejda għall-ġid tal-Park tal-Majjistral ħalli l-NGOs li jmexxu l-park ikunu jistgħu jieqfu jeqirdu dwar l-estensjoni tal-ħinijiet tal-kaċċa fir-riserva li suppost qiegħda [...]
Kien ilu tlett ijiem biss li twieled dal-blogg. Il-Prim Ministru, ikkonfermat mill-ġdid fl-elezzjoni ta' Ġunju, kien għadu qas biss ifforma l-Kabinett. Telaq mgħaġġel lejn Ta' Xbiex, mossa pubbliċitarja bil-mira li jwaqqa' l-argument ta' qabel l-elezzjoni tal-PN li jekk jerġa' jitla' nkunu qed nheddu s-servizzi finanzjarji u l-industrija tal-gaming. Ried juri li tal-Betsson għadhom ħbieb [...]