Fit-22 ta’ Jannar 2015, il-managers finanzjarji ta’ Keith Schembri’s kienu rċievew avviż ta’ ħlas ammontanti għal $201,572.31.

Dak iż-żmien din is-somma kienet ekwivalenti għal €174,256.23.

L-ammont kien ġie depożitat f’client account miżmum f’isem Keith Schembri fil-Bank of Valletta.

Dan id-depożitu ġie deskritt bħala new funds fil-client history ta’ Keith Schembri li l-managers finanzjarji kellhom fil-pussess tagħhom.

Il-client file f’idejn il-managers finanzjarji li jien stess rajt b’għajnejja la kien fih xi dokument li jispjega minn fejn kienu ġew dawn il-flejjes u lanqas xi dokument ieħor li jindika li kienet saret xi riċerka dwar l-għejjun min fejn kienu ġew.

L-għada, fit-23 ta’ Jannar 2015, il-managers finanzjarji ta’ Keith Schembri rċievew avviż ta’ ħlas ieħor ammontant għal $232,354.27.

Dak iż-żmien din is-somma kienet ekwivalenti għal €205,395.84.

Għal darb’oħra dan l-ammont ġie depożitat f’client account miżmum f’isem Keith Schembri fil-Bank of Valletta u ġie deskritt bħala new funds fil-client history ta’ Keith Schembri’s u dan bla ma saret ebda verifika jew riċerka.

Dawn id-depożiti ta’ flus saru 35 jum wara li Keith Schembri reġa’ lura Malta minn żjara li kien għamel f’Baku flimkien ma’ Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Kurt Farrugia. Magħhom la kien hemm uffiċjali governattivi jew diplomatiċi u lanqas membri tal-istampa.

Il-bieraħ fil-Parlament il-prim ministru qal li kien qed jitkellem għan-nom tiegħu u għan-nom taċ-chief of staff Keith Schembri. Huwa ċaħad kategorikament li Keith Schembri kien irċieva aktar minn $400,000 f’Jannar 2015. Qal ukoll li din kienet qlajja’.

Hawnhekk hawn id-dettalji kollha tal-ħlasijiet li kienu saru. Forsi issa l-prim ministru se jitħajjar jibdel il-verżjoni tiegħu?