Dan huwa estratt mill-programm ta’ Rai Uno Porta a Porta li kien fiħ rapport dwar ix-xhieda mogħtija minn Ivan Grech Mintoff fil-qorti dwar il-ħadma enormi li seħħet fil-Libja li permezz tagħha allegatament “inbiegħu” aktar minn 80,000 visa mill-konsolati ta’ Malta fil-Libja lil dawk li kienu lesti li jħallsu għalihom, kompriżi t-terroristi u membri tal-milizzji. Aqra aktar dwar din l-istorja f’post li jien ktibt aktar kmieni llum. U segwi dan il-video.