Frederick Testa, wieħed minn ta’ “Tagħna Lkoll” li xeba’ jerda’ minn fuq il-fondi pubbliċi, uffiċjalment huwa cultural liaison officer mal-Kunsill Malti tal-Arti. Ingħata din il-kariga għar-raġuni li huwa tipaċċ bħal Mario Azzopardi li t-tnejn għenu mhux ftit biex taw lil tal-Labour immaġni pederastika.

F’kummenti fil-Facebook kiteb li David Casa jmissu jiġi mitmugħ lill-klieb kumbinazzjoni fl-istess ġimgħa li ħaddieħor ġie kundannat talli xewwex lin-nies biex lil Roberta Metsola jaħarquha ħajja.

Skond dan l-uffiċjal pubbliku, li hu responsabbli għat-tixrid tal-kultura ta’ pajjiżna u li qed iservi ta’ forċina għal tal-Labour, hekk għandna nittrattaw ma’ politiċi li jażżardaw jisfidaw lill-kbir Joseph Muscat tagħhom.