Tidħol fix-xena l-Kummissjoni

By
2018-07-23T09:08:39+02:00Fri, 20th Jul '18, 12:23|

Meta Konrad Mizzi u Keith Schembri ntebħu li kienu nqabdu fil-fatt li ħolqu kumpanniji fil-Panama, taħsbux li wrew xi ndiema talli ttantaw jaħbu l-ġid ġej mit-tixħim. Iżda ndannaw għax kienu nqabdu. Għax mis-servers kollha fl-uffiċċji legali kollha li hemm madwar id-dinja, ix-xitan ried li kellhom ikunu dawk ta' Mossack Fonseca fil-Belt tal-Panama li l-ġurnalisti sabu [...]