Month: August 2018

Aqraw kif tal-Mossack Fonseca kienu jħassru informazzjoni mill-komputer u minn telefonati biex igħattu xtur il-klijenti tagħhom

Aqraw kif tal-Mossack Fonseca kienu jħassru informazzjoni mill-komputer u minn telefonati biex igħattu xtur il-klijenti tagħhom

Sar ħafna diskors dwar in-nuqqas ta’ provi dwar komunikazzjoni li setgħet saret bejn tan-Nexia BT u tal-Mossack Fonseca fil-Panama dwar  sid l-Egrant.  Minn rapport dwar investigazzjonijiet li saru fl-Istat ta’ Nevada fl-Istati Uniti dwar l-operat ta’ Mossack Fonseca, jirriżulta li din id-ditta kienet tat struzzjonijiet lis-central computing system tagħha fil-Panama kif ukoll lill-kumpannija sussidjarja tagħha …

+ Read More

Għandna problema serja ma’ wiċċna

Għandna problema serja ma’ wiċċna

Fiha u ma fihiex li Ministru tal-Finanzi jassumi r-rwol ta’ promotur tal-interessi ta’ Malta u jpinġi stampa sabiħa tas-sitwazzjoni. Iżda fiha meta jġib ruħu qisu bejjiegħ ta’ vetturi sekondaman hu u jipprova jgħatti x-xemx bl-għarbiel. Meta Edward Scicluna kiteb lil tal-Financial Times u widdibhom talli kellhom l-ardir ixandru rapport dwar it-tħassib tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-iskema …

+ Read More

Matthew Caruana Galizia: Karl Cini ffalsifika dokumenti dwar Egrant

Matthew Caruana Galizia: Karl Cini ffalsifika dokumenti dwar Egrant

Matthew Caruana Galizia huwa xhud ieħor li xehed fl-inkjesta Egrant li stqarr li kien ġie mwissi mill-Maġistrat Aaron Bugeja li jista’ jkun hemm konsegwenzi kemm il-darba provi li għandu fil-pussess tiegħu jiġu mgħoddija lill-inkjesta. “Meta aktar minn sena ilu kont xhedt quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja, huwa wissieni li ma setgħax jagħtini l-protezzjoni jekk jien ngħaddilu …

+ Read More

Jaqueline Alexander direttriċi fuq biżibilju ta’ kumpanniji

Jaqueline Alexander direttriċi fuq biżibilju ta’ kumpanniji

Tinkwetawx. Mhux qed nippretendi li żżommu kollox f’moħħkom. Iżda għandkom tkunu tafu li Jaqueline Alexander, ix-xhud li stqarret li ma kinitx hi li ffirmat id-dikjarazzjonijiet tal-Egrant li identifikaw lil Michelle Muscat bħala sidt il-kumpannija, ser serviet bħala direttur  fil-kumpanniji msemmija hawn taħt. Għal kull waħda minn dawn il-kumpaniji iffirmat dokumenti li ffurmawhom, minuti tal-laqgħat, il-0kotba …

+ Read More

Oħt Ali Sadr tagħlaq il-ħanut tagħha f’San Francisco

Oħt Ali Sadr tagħlaq il-ħanut tagħha f’San Francisco

Erba’ ġimgħat ilu oħt Ali Sadr Hasheminejad, Negarin Sadr, għalqet il-ħanut tal-ilbiesi li kellha f’San Francisco. Wieħed mill-għejjun fdati minni ‘l bieraħ żar il-post u kkonferma miegħi li l-ħanut li kien okkupat minn Negarin London issa jinsab magħluq b’mod permanenti kif jirriżulta wkoll mill-Google page tiegħu. Xhieda li joqgħodu viċin il-ħanut li jinsab fi Triq …

+ Read More

GUEST POST: Minna qed jerġa’ jonqos

GUEST POST: Minna qed jerġa’ jonqos

Miktub minn Karen Calleja li kienet preżenti għall-velja tal-bieraħ: Ġraw ħafna affarijiet f’dawn l-aħħar 10 xhur, iżda m’għaddiex jum wieħed li fih il-ħsibijiet tagħna ma marrux fuq Daphne Caruana Galizia, li fih ma semmejnihiex u ma ftakarniex fiha. Għadni sal-lum naqra l-istejjer li kienet tikteb fir-Running Commentary sabiex infakkar lili nnifsi u sabiex inħoss il-presenza …

+ Read More

Edward Scicluna jagħmel ‘like’ fil-Facebook għal talba biex David Casa jingħata l-forka

Edward Scicluna jagħmel ‘like’ fil-Facebook għal talba biex David Casa jingħata l-forka

Hawn mhux qed nirreferi għal xi forka metaforika. Hawn għandna każ fejn qed tiġi suġġerita l-għoti tal-forka u l-Ministru tal-Finanzi, għal ġieħna professur u suppost l-immaġni tal-moderazzjoni għal wiċċ id-dinja, b’ħerqa joħroġ isaħħan l-irjus b’appoġġ. Imma f’liema pajjiż fid-dinja jiġri li ministru joħroġ b’ċuċata madornali bħal din u jibqa’ jċafċaf fil-wiċċ? Għalkemm qajla jistħoqqlu, ejjew …

+ Read More

#occupyjustice: Ser niddefendu ‘l gżiritna u m’aħna qatt se nċedu

#occupyjustice: Ser niddefendu ‘l gżiritna u m’aħna qatt se nċedu

Stqarrija ta’ #occupyjustice illum:  Xemgħat mixgħula ffurmaw il-kelma Ġustizzja li xagħlet ix-xtajta ta’ Font Għadir tas-Sliema qabel sebaħ biex jitfakkru l-għaxar xhur minn meta seħħ l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Din l-azzjoni twettqet minn #occupyjustice, grupp t’attivista mmexxijja minn nisa. “Qegħdin hawn nixgħelu xemgħat ma’ tlugħ ix-xemx bħala sinjal ta’ tama. Irridu ngħidu lill-Prim Ministru …

+ Read More

Diskors fin u edukat

Diskors fin u edukat

Ma ntikx tort jekk int wieħed minn dawk li l-Facebook ma jħarsux lejh minħabba d-diskors baxx u vili li x’uħud jiktbu fih. Iżda jaf ikun hemm drabi meta tgħelbek il-kurżità u tkun trid issir taf kif jirreaġixxu xi wħud minn ħutek Maltin meta ma jaqblux ma xi ħaġa. Aktar kmieni din il-ġimgħa, tfajt link li …

+ Read More

L-investimenti ta’ Keith Schembri fil-Veneżwela

L-investimenti ta’ Keith Schembri fil-Veneżwela

Il-Veneżwela huwa pajjiż li Keith Schembri kien jagħżel li jinvesti fih. Minn dokumenti li jien stess rajt b’għajnejja, jirriżulta li Keith Schembri kien investa fis-sovereign wealth funds tar-Repubblika Bolivarjana tal-Veneżwela. Permezz tal-kumpannija tiegħu Colsons, Keith Schembri investa ftit anqas minn $20,000 f’bonds maħruġa mill-istat tal-Veneżwela li minnhom kien qed jistenna li jdaħħal imgħax ta’ 12.75% …

+ Read More