Tgħid kumbinazzjoni?

Hekk kif tal-PN qed jipprovaw ixejjnu s-suspetti li l-Partit qed jimita lil tal-Labour minflok joħroġ b’ideat oriġinali, dritt joħroġ Adrian Delia b’diskors tal-aħħar tas-sena jirrepeti s-slogan tal-Partit Laburista.

Huwa minnu li ħadd m’għandu jkollu xi monopolju fuq il-kliem “Malta ta’ għada”. Iżda possibbli li m’hemmx xi alternattiva li jista’ jagħmel użu minnha l-PN biex inkunu nistgħu niddistingwu naħa minn oħra?

Il-politiċi huma għasafar tal-passa: jgħaddu ftit taż-żmien fiċ-ċentru tal-attenzjoni u, meta dan iż-żmien igħaddi, ma nisimgħux bihom aktar.