Eks-kuntistabbli tal-Pulizja li fl-2016 kien xhud tal-prosekuzzjoni fil-ġuri ta’ David Gatt li kien mixli bis-serqa li kienet saret fl-2011 mill-HSBC Bank, il-bieraħ intbgħat fl-Isptar Monte Carmeli.
Nhar is-Sibt li għadda kiteb fil-Facebook u xela’ lil David Gatt u lil dak li kien sieħbu fl-istess ditta legali Chris Cardona li kienu l-imħuħ wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Skond għejjun mill-korp tal-pulizija, l-eks kuntistabbli 99 Mario Portelli ġie riferit l-Isptar fuq talba tal-membri tal-familja tiegħu.
Skond il-Facebook, il-video li huwa xandar nhar is-Sibt li għadda ntwera’ 61,000 darba.
Fi żmien li seħħet is-serqa mill-HSBC, David Gatt kien spettur tal-Pulizija iżda kien tkeċċa fuq suspett li kellu x’jaqsam ma’ attività kriminali. Meta kien ġie misjub mhux ħati fl-2016, huwa kien ħarrek lill-gvern għall-kumpens b’suċċess talli kien tkeċċa llegalment. Issa qed jipprattika l-professjoni ta’ avukat fil-qrati.
David Gatt ilu snin twal midħla tal-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona. Chris Cardona kien iffirma r-rakkomandazzjoni biex David Gatt jingħata l-warrant u dan qabel ma għamel żmien iħejji ruħu fl-uffiċċju legali ta’ Chris Cardona.
Isem David Gatt tfaċċa hekk kif ġew identifikati tnejn mit-tliet persuni mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dawn kienu ġew mixlija li fformaw parti minn ġgajta ta’ persuni mmexxija minn David Gatt li mbagħad kien ġie misjub mhux ħati tas-serqa fl-HSBC.
Aktar tard Chris Cardona issemma’ b’rabta mal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. France 2 kien stqarr li f’April 2017 kienu tkellmu ma’ xhieda li kienu rawħ jitħaddet ma’ wieħed mill-assassini ta’ Daphne Caruana Galizia. U f’Ottubru La Repubblica xandret storja li fiha ntqal li Chris Cardona kien attenda għal festin privat ma’ wieħed mill-assassini minkejja l-fatt li stqarr li lil dan ma kienx jafu.
Fil-video li xandar is-Sibt li għadda, Mario Portelli ma ssostanzjax permezz ta’ provi dak li xela’ bih lil David Gatt u lil Chris Cardona, jiġifieri li kienu l-imħuħ wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Dawn iż-żewġ persuni ma kkummentawx dwar dan il-video.
M’hemmx mod kif wieħed jista’ jgħarbel dwar jekk ix-xiljiet ta’ Mario Portelli humiex sostanzjati permezz ta’ informazzjoni u provi li jinsabu fil-pussess tiegħu. Il-video innifsu ma jżid xejn mas-suspetti li diġa’ jeżistu dwar l-allegat involviment ta’ Chris Cardona minħabba xi motiv li seta’ kellu u minħabba r-relazzjoni li dan kellu mal-allegati assassini u mal-allegat sieħeb tagħhom David Gatt.
Madankollu, s-sitwazzjoni attwali tkompli tagħti krettu lit-talba biex issir inkjesta pubblika indipendenti dwar l-assassinju nation ta’ Daphne Caruana Galizia u dwar il-mod kif imxew l-awtoritajiet dwar il-każ.
Kien minn ewl id-dinja li bis-saħħa tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia kif ukoll minħabba n-natura tax-xogħol ġurnalistiku tagħha, intefa’ dell ta’ suspett fuq dawk il-politiċi li f’idejhom għandhom is-setgħa. Dawn il-politiċi kollha baqgħu fis-setgħa wara l-assassinju u għadhom sal-lum bir-riedni assolut tal-Pulizija u tal-investigazzjoni f’idejhom.
M’hemm xejn li juri li Mario Portelli ntbagħat l-Isptar kontra r-rieda tiegħu jew mingħajr ġustifikazzjoni. Iżda għandu jingħad li ma nistgħu qatt inserrħu moħħna li qed issir il-ġustizzja sakemm jibqa’ jkun hemm nuqqas ta’ trasparenza u nuqqas ta’ indipendenza fl-investigazzjonijiet li qed isiru.
Il-familja ta’ Daphne Caruana Galizia ilha tappella għal xhur sħaħ biex issir inkjesta indipendenti u xandret parir legali ta’ esperti fid-drittijiet tal-bniedem li jsostni din it-talba.