Maria Efimova, ix-xhud li kienet xehdet fl-inkjesta Egrant liema nkjesta l-Prim Ministru qed igħid li eżoneratu mill-akkużi ta’ tixħim u ta’ ħasil ta’ flus, illum wieġbet ftit wara li Joseph Muscat għamel stqarrija fil-qorti.
Well, don’t want to sound heroic, but I will stand by what I’ve witnessed even if all the others withdraw. https://t.co/ZZa4I3IiDD
— Maria Efimova (@MariaEfimova7) January 31, 2019
it-Times of Malta rrappurtat li dalgħodu Joseph Muscat qal dan il-kliem: “Il-pożizzjoni tiegħi hija ċara u tirriżulta minn dak li qed igħidu niex oħra. Minn dawn l-allegazzjonijiet ma rriżulta xejn. B’kollox tkellmu 477 xhud u diversi ittri rogatorji ntbagħtu barra minn Malta. Ċerti dettalji li ngħataw minn Maria Efimova, li kienet impjegata mal-Pilatus Bank, ma kinux korretti. Ebda dokument jeżisti minn dak li ntqal li hemm. Dawn kienu dokumenti foloz li saru minn xi ħadd li s’issa għadna ma nafux min hu u dan ġie konfermat minn diversi esperti.”
Maria Efimova kienet kixfet informazzjoni li wasslet għall-kollass u għall-għeluq tal-Pilatus Bank, bank li ħadmet fih għal tliet xhur u ma tħallsitx ta’ xogħolha sakemm il-bank ġie mġiegħel jagħlaq.