Din stqarrija ta’ Occupy Justice li saret ftit ħin ilu:

Il-lejla, tliet strixxuni kbar li juru Tliet Pilastri Mherrija tad-Demokrazija tpoġġew faċċata tal-bini tal-Parlament Malti fil-Belt Valletta minn attivisti ta’ #occupyjustice biex ifakkru l-ħmistax il-xahar mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Dawn l-istrixxuni juru tliet kolonni mġarrfa li li jirrappreżentaw l- eżekuttiv (il-gvern); il-leġiżlatura (il-parlament) u l- ġudikatura (il-Qorti.)

“Jum wara l-ieħor /kuljum, qed inħarsu madwarna u naraw li l-pedamenti tad-demokrazija ta’ pajjiżna qed jittieklu bil-korruzzjoni u kultura stabbilita ta’ impunità,” qalu l-#occupyjustice, grupp ta’ attivisti immexxi minn nisa.

“Il-mod kif il-gvern jappoġġja bi sħih din l-imġieba korrotta huwa disgustanti. Nindiehxu meta naraw il-Prim Ministru JIPPROTEĠI liż- żewġ imbruljuni ta’ miegħu–iċ-Chief of Staff Keith Schembri u l-ministru Minister Konrad Mizzi – it-tnejn li huma waqqfu struttura biex permezz tagħha jkunu jistgħu  jirċievu kickbacks illeċiti.”

“Il-Parlament, minflok jagħmel dmiru biex jipproteġi d-drittijiet tal-libertà tal-espressjoni, qed jieħu pjaċir bit-tattiċi ta bullying li qed jużaw il-membri parlamentari tal-gvern u l-oppożizzjoni ineffettiva mhedija biha nfisha, waqt li ż-żewġ naħat, b’mod patetiku qed jippruvaw issiktu lil kull min ma’ jaqbilx ma dan il-modus operandi mnawwar.”

“U l-Qrati naqsu lin-nazzjon Malti meta l-Imħallef Giovanni Grixti f’ dikjarazzjoni surreali stqarr li qatt ma jista’ jikkunsidra l-Panama Papers bħala bażi legali għal inkjesta biex jinvestiga lil Ministru Konrad Mizzi u liċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, għax il-Panama Papers instabu mill-ġurnalisti bil-hacking

Jidher ċar li dan il-pajjiż mhux qed jiffunzjona kif suppost, u li d-demokrazija qed titmermer quddiem għajnejna” staqrru l-#occupyjustice.

“Il-verità hi li għaddew ħmistax il-xahar u għadna ma nafux min ordna l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, u lanqas biss hemm ħjiel ta’tfittxija ghar-risposta. Xejn m’hu se jgħamina għat-tnawwir tad-demorkazija, tal-ġudikatura u tal-gvern f’dan il-pajjiż. L-ebda  attack m’hu se jwaqqafna mit-tfittxija għall-verità, gustizzja u libertà. Mhux se nieqfu qabel ma ssir gustizzja.“

Aħna determinati li nissieltu għas-sewwa, għall-gustizzja u għall-soċjetà ġusta. Dan hu n-nazzjon tagħna. Din hi darna. Aħna n-nies. Nippretendu aħjar. Jixirqilna aħjar. Nesiġu aħjar.