Għiduli ftit xi spjegazzjoni qatt jista’ jkun hemm meta Keith Schembri jirrifjuta li jwieġeb għall-mistoqsijiet fil-qorti dwar 17 Black u Macbridge?
Il-kawża li qed nikteb dwarha hi dik li beda’ Keith Schembri stess biex jiddefendi ruħu wara li Simon Busittil kien kien ġibed il-konklużjonijiet tiegħu hekk kif ixxandru l-Panama Papers u, kif kienet stqarret Daphne Caruana Galizia ftit qabel ġiet assassinata, meta huwa qam bil-wieqfa fil-qorti biex jiddikjara li m’huwiex ħalliel.
Din kienet l-ewwel parti tax-xhieda tiegħu fil-kawża li fetah hu stess fil-qorti. U peress li l-kawża kien fetaħha hu, jibda’ hu bix-xhieda tiegħu billi jgħid li jrid u jwieġeb għall-mistoqsijiet tal-avukat tiegħu. Fis-16 ta’ Ottubru 2017 għamel eżatt hekk u ċaħad li kien għamel xi ħaġa ħażina.
Meta wieħed jixhed fil-qorti u jwieġeb għall-mistoqsijiet tal-avukat tiegħu, imbagħad ikun jeħtieġ li jwieġeb għall-mistoqsijiet tal-avukat tan-naħa l-oħra. U jkun proprju f’dan l-istadju li s-sitwazzjoni ssir interessanti: meta xhud jiġi sfidat u jkollu jiffaċċja l-provi.
Keith Schembri issa ilu jaħrab għal erbatax il-xahar.
U llum reġa’ pprova jaħrab hekk kif l-avukati tiegħu talbu biex ma jsirulux mistoqsijiet dwar 17 Black u Macbridge.
Tgħiduli xejn! Ftit jiem ilu biss l-Imħallef Giovanni Grixti lil Simon Busuttil qallu li jekk ma jistax jipprova li Keith Schembri wettaq reat kriminali, ma kienx bi ħsiebu jippermetti Maġistrat jippreżenta l-provi li Simon Busuttil kien diġà ġabar.
Dażgur li ‘se jipprova juża l-informazzjoni band’oħra’ barra li jiddefendi ruħu b’mod leġittimu kontra l-akkuża li għamel Keith Schembri li Simon Busuttil gideb fil-konfront tiegħu.
Storja m’hix gidba jekk jiġi pruvat li hi vera.
Min ikun qed jiddefendi ruħu f’kawża ta’ libell jkollu d-dritt li jippreżenta prova li turi li dak li jkun intqal huwa msejjes fuq fatti. U dan m’għandux għalfejn ikun jaf il-fatti kollha sew qabel kif ukoll wara li jkunu saru l-akkużi. Għallinqas hekk jidhirli jien, iżda l-qorti qegħda tintalab tikkunsidra l-dan l-argument.
Nieħdu eżempju. Jien għandi żewġ għejjun li tarrfuli li s-Sur X huwa ħalliel u jien niddeċiedi li nxandar din l-aħbar. Is-Sur X jagħmilli libell fil-qorti. Jien ma nkunx nista’ nħarrek dawn l-għejjun bħala xhieda iżda fil-frattemp jitfaċċaw provi oħra li s-Sur X fil-fatt huwa ħalliel, liema provi jien inkun lest li nressaqhom. Keith Schembri, permezz tal-avukati tiegħu, llum qal li jien ma nistax inressaq dawn il-provi biex niddefendi ruħi u jmissni ninsab ħati talli ghidt li huwa ħalliel.
F’Ottubru 2017, dak il-ħalliel Keith Schembri fil-qorti qal li m’huwiex ħalliel . Illum fil-qorti huwa qal li kull prova li turi li fil-fatt huwa ħalliel m’hix ammissibbli u li l-qorti għandha twaqqaf kull mistoqsija li ssirlu li tista’ titfa’ dubji dwar jekk dak li ntqal kienx verament gideb.
Min jaf għaliex hux?