Din bgħatitha May Borg b’risposta għal wieħed mill-posts li ktibt wara l-‘iskandlu talkittiebfatat‘. Grazzi May.

Manuel, nifhmek fuq li nifhmek. Ippruvaw ituk daqqa taħt iċ-ċinturin. Iżda jien jidhilrli li s-suġġett li għandna nitkellmu dwaru m’huwiex int. Għaldaqstant se nagħmel sensiela ta’ mistoqsijiet li sal-lum għadhom ma ġewx imwieġba.

Min verament qatel lil Daphne?

Fejn hu Yorgen Fenech? Qed jiġi investigat?

Keith Schembri u Konrad Mizzi għaliex għadhom qed igħadduha lixxa?

X’se jagħmel Muscat wara li xxandar ir-rapport dwar dak li qed tgħid l-UE dwar l-iskema tinten tal-passaporti?

Sid il-Macbridge min hu?

Il-Parlament meta se jiddibatti l-kuntratt jinten tal-Vitals?

X’bi ħsiebha tagħmel l-Oppożizzjoni biex tiġġieled kontra din il-korruzzjoni kollha u l-ħabi kollu tal-klikka ta’ Kastilja?

X’bi ħsiebha tagħmel l-Oppożizzjoni biex tirranġa s-sitwazzjoni finanzjarja fil-partit darba għal dejjem? Il-pajjiż jeħtieġ oppożizzjoni b’saħħitha.

…u kwistjonijiet oħra importanti li qed jeffettwawna bħala pajjiż.