Jinsab fiduċjuż, qalilna
Sinċerament ma nara ebda skop wara dan id-dawrien kollu madwar il-lewża proverbjali. Fl-aħħar mill-aħħar, huwa Joseph Muscat li obbligat jerfa' r-responsabbiltà aħħarija għal dak kollu li jista' jirriżulta minn inkjesta indipendenti u imparzjali. Jekk ser jirriżulta li l-istat seta' għamel aktar biex iħares ħajjet Daphne Caruana Galizia, ir-responsabbiltà aħħarija jkollha tintrefa' minn Joseph Muscat. Jekk [...]