Il-Fosos

By
2019-08-26T15:57:53+02:00Mon, 26th Aug '19, 09:15|

Mid-dehra għadu ma bediex dak li kellu jkun il-proċess ta' rikonċiljazzjoni u ta' tiswija li t-tmexxija tal-PN kien bi ħsiebha tniedi dakinhar li Adrian Delia ġie konfermat bħala mexxej tal-PN mill-Kunsill Ġenerali. Minn dakinhar 'l hawn, ma jidhirx li kien hemm xi tibdil sinjifikanti fl-attitudni ta' dawk li qed imexxu lill-PN. Ma tinħass ebda enerġija ġdida [...]

Ara ma tmorrux issemmu ‘l gwerra!

By
2019-08-26T15:53:24+02:00Sun, 25th Aug '19, 11:29|

Ritratt bħal dan iġiegħlek tieħu għalik? B'dan tieħu għalik ukoll? Jew b'dan? Mela iftaħ widnejk sewwa. Se ngħidhielek darba biss: x'aktarx int Nażista u jmissek tmur tiddobba qargħa. Jew inkella jmissek taħdem ma' tat-Torċa. Jew inkella int Nażista li taħdem ma' tat-Torċa u jmissek tmur tiddobba qargħa xorta waħda. Il-mod kif dawn għamlu plejtu sħiħ [...]

Mhux razzist biss. Ipokrita wkoll.

By
2019-08-26T15:52:04+02:00Fri, 23rd Aug '19, 21:55|

Darba minnhom kienu ħarrkuni talli lil xi ħadd sejjaħtlu "ipokrita". Justin Schembri ma jistax iħarrikni talli sejjaħtlu "razzist" għaliex għamilt dan fuq stedina tiegħu stess. Ejjew naraw ftit il-għala kliemu jikxfu bħala ipokrita. Waqt konferenza organizzata s-sena li għaddiet minn NGO Musulmana msejjħa Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta, Justin Schembri kien tkellem għan-nom tal-PN bħala “kelliem [...]

Tgħidx x’għaxqa għandha bih ommu dan il-buffu

By
2019-08-17T21:37:02+02:00Sat, 17th Aug '19, 04:21|

Ftit ħin wara li ntemmet il-velja tal-bieraħ filgħaxija, xi ħadd li ried juri kemm jistmerr il-politika tal-mibgħeda mar fuq il-mafkar tal-protesta f'Misraħ l-Assedju l-Kbir biex ineħħi ritratt ta' Daphne Caruana Galizia. Darrin Zammit Lupi nzerta li kien preżenti u ġibed ritratt ta' dan il-buffu li tgħidx x'għaxqa għandha bih omm.

“M’hemm xejn illegali”

By
2019-08-17T04:11:40+02:00Wed, 7th Aug '19, 15:32|

Kull tant żmien ikun jeħtieġ li jerġa' jittella' dan ir-ritratt. Din id-darba se nitkellem dwar Engelbert Grech li kien il-Kummissarju tal-Films — jiġifieri l-kap tal-entità governattiva li tippromwovi l-industrija tal-films — u li issa huwa sid ta' negozju privat li jipprovdi servizzi ta' produzzjoni tal-films għal produtturi internazzjonali. F'dan ir-ritratt huwa jidher fuq il-lemin estrem [...]

Iż-żejt (tal-kuntrabandu) għad jitla’ f’wiċċ l-ilma?

By
2019-08-17T04:12:45+02:00Wed, 7th Aug '19, 15:02|

Qed iseħħu affarijiet ta' barra minn hawn fil-każ ta' jinsab imdaħħal fiħ Darren Debono. L-awtoritajiet tal-Italja u tal-Istati Uniti qed isegwu l-passi tiegħu. Iżda hu jidher li qed jiġri wara l-Gvern Malti minflok bil-kontra. Fl-Italja, huwa ser igħaddi ġuri fuq akkuża ta' bejgħ bil-kuntrabandu ta' żjut u dan wara li nvestigazzjoni msejjħa Dirty Oil immexxija [...]

L-Imħallef Grixti iwaqqaf it-tnedija ta’ inkjesta dwar il-privatizzazzjoni tal-isptarijiet minkejja l-fatt li mhux is-suspettati kollha appellaw mid-digriet

By
2019-08-07T14:53:07+02:00Wed, 7th Aug '19, 10:52|

L-Imħallef Giovanni Grixti qabel mal-Ministri Edward Scicluna, Konrad Mizzi u Chris Cardona li l-inkjesta dwar il-privatizzazzjoni ta' tliet sptarijiet tal-istatli kienet ġiet ordnata mill-Maġistrat Claire Zammit Stafrace m'għandhiex tibda' sakemm jinqata' l-appell li għamlu wħud minn dawk suspettati  — jiġifieri l-Ministri. Dan id-digriet ingħata minkejja l-fatt li r-raba' suspettat, ċertu Ivan Vassallo, kien baqa' m'appellax [...]

Repubblika dwar ‘konsultazzjoni’ għal Riforma Kostituzzjonali

By
2019-08-07T08:23:02+02:00Wed, 7th Aug '19, 08:23|

Stqarrija ta' Repubblika: Repubblika tesprimi l-apprezzament tagħha għall-kummenti tal-President George Vella ftit tal-jiem ilu li l-proċess tar-Riforma Kostituzzjonali m’għandux ikun limitat għall-interessi taż-żewġ partiti politiċi fil-Parlament, iżda għandu jinkludi parteċipazzjoni wiesa, inkluż dik tas-soċjeta’ ċivili. Madanakollu, aħna mħassbin li l-ewwel passi f’dan il-proċess ma jidhru bl-ebda mod li jilħqu dan l-għan. L-istedina lill-pubbliku sabiex jissottometti [...]

Imġieba tat-tiranni

By
2019-08-06T08:34:22+02:00Mon, 5th Aug '19, 10:06|

Tal-Lovin Malta lemħu l-kelma ‘Invictus’ — li tfisser "rebbieħ".... jew anki, imbattibbli — mpinġija fuq driegħ il-Prim Ministru. Skantaw u bil-kemm emmnu dak li kien irnexxielhom jilmħu. Din kienet ir-reazzjoni li Joseph Muscat xtaq li jipprovoka. U ried ukoll jipprovoka r-rabja. Joseph Muscat m'huwiex xi Latinista. Li kieku ried seta' joqgħod jiftaħar bir-rebħiet elettorali li [...]

Il-ħbieb tal-ħbieb

By
2019-08-06T08:32:39+02:00Fri, 2nd Aug '19, 09:12|

Il-bieraħ it-Times of Malta xandret storja dwar il-mod kif kumpannija tal-produzzjoni għat-televiżjoni ingħatat spazju biex taħdem fil-bini ta' TVM. Din il-kumpannija hi waħda minn dawk li tikkompeti ma' kumpanniji oħrajn għal kuntratti ta' xogħol tat-TVM. Il-fatt li din il-kumpannija ser tiffranka l-ħlas tal-kera (biex ma nsemmix il-benefiċċju li se jkollha mill-użu tat-tagħmir tat-TVM) ser tagħtiha [...]

Lin-nażisti ma nġerraħhomx

By
2019-08-01T14:50:04+02:00Thu, 1st Aug '19, 08:15|

Il-kelma 'mibgħeda' qed tintuża ta' spiss. Meta nikkritika li xi ħadd, xi drabi niġi mixli li jien bniedem mimli bil-mibgħeda. Din ix-xilja s-soltu tasalli mingħand dawk li lill-politiċi mdorrijin jixgħalulhom ix-xemgħat quddiem ix-xbihat tagħhom u jadurawhom. Allura f'moħħ dawn in-nies, dawk li ma jinżlux għarkupptejhom biex jaduraw lill-politiċi, ta' bilfors jobgħoduhom. Għalihom jew nejja jew [...]