Minn tal-ewwel li daħlu. Minn tal-ewwel li ddabritilhom rashom.

By
2019-09-23T15:38:07+02:00Mon, 23rd Sep '19, 14:09|

Innotajtu li l-liċenzja ta' Chetcuti Cauchi għall-bejgħ tal-passaporti Maltin iġġib in-numru IIP001. Il-liċenzja tagħhom ġiet sospiża llum wara li nqabdu jiftaħru dwar kemm għandhom ħila li jakkwistaw passaport għall-klijenti tagħhom għax huma ħobża u sikkina ma' Owen Bonnici, Julia Farrugia u Joseph Muscat. In-numru ta' reġistrazzjoni IIP001 jfisser li kienu l-ewwel aġenti liċenzjati ta' Henley [...]

Chetcuti Cauchi sospiżi mill-iskema tal-passaporti

By
2019-09-23T15:37:31+02:00Mon, 23rd Sep '19, 13:17|

Permezz ta' stqarrija fil-qosor, il-gvern ħabbar li "l-Aġenzija Maltija tal-Individual Investor Programme ssospendiet il-liċenzji ta' Chetcuti Cauchi Advisors Ltd, li huma s-sidien ta' liċenzji IIP 001 u IIP 124, sakemm jinħareġ avviż ieħor." Din is-sospensjoni seħħet wara li Jean-Philippe Chetcuti, wieħed mill-imseħbin fid-ditta legali, waqt dokumentarju ta' stazzjon televiżiv Franċiż bl-isem M6 li xxandar il-bieraħ [...]