Tat-Times of Malta m’humiex boloħ

By
2019-11-04T18:18:11+01:00Thu, 31st Oct '19, 12:51|

Minflok tkellimna dwar l-iskandlu tal-mijiet ta' miljuni ta' ewro li tħallsu lil VGH u lil Steward Health Care, liema flejjes ġew miċħuda lis-servizz nazzjonali tas-saħħa fl-istess waqt li dawk li huma morda bil-kanċer qed ikollhom jitkarrbu għall-għajnuna mill-Community Chest Fund, l-aħħar 24 siegħa għaddejnihom nippruvaw naqtgħu x'kien hemm jew ma kienx hemm fiċ-check-out trolley ta' [...]

Għadu ma xebgħax jiġġakbina lil sħabu

By
2019-10-31T11:39:24+01:00Wed, 30th Oct '19, 17:37|

Il-ġurnal Times of Malta huwa ostaklu formidabbli għall-mira strateġika ta' Keith Schembri li jkollu setgħa bla tarf u awtorità indiskussa. L-organizzazzjoni li tipproduċi dan il-ġurnal, bid-difetti kollha tagħha, wieġbet għat-theddida tar-reġim ta' Joseph Muscat kontra l-libertà tal-istampa billi kompliet tisfidah. L-aqwa ġurnalisti tagħha ħadmu qatigħ u qed ikomplu jaħdmu qatigħ billi jxandru stejjer li għandhom [...]

“Qed jagħmel xogħol siewi ħafna”

By
2019-10-30T17:49:30+01:00Tue, 29th Oct '19, 07:38|

Ħames xhieda kienu konsistenti fix-xhieda tagħhom. Neville Gafà talabhom ixaħħmuh bi bdil ma' servizz pubbliku: jiġifieri l-ħruġ ta' viża medika. Wħud mix-xhieda stqarrew li dan is-servizz kien ġie miċħud lilhom għax irrifjutaw li jxaħħmuh. Oħrajn xehdu li Neville Gafà kien ordna lil membri tal-korp tal-pulizija libsin l-uniformi biex jagħmlu pressjoni fuqhom sabiex jiġu mġiegħla jxaħħmuh. [...]

Justin reġa’ koppi

By
2019-10-30T17:50:32+01:00Mon, 28th Oct '19, 15:17|

M'għandix grazzja ma' Justin Schembri. B'daqshekk ma ġara' xejn. Nippreżumi li lili ma tantx jarani ħelu. Jien kont ikkritikajtu fl-imgħoddi dwar il-kummenti li jogħġbu jgħaddi fil-Facebook li mbagħad jipprova jbenġilhom biex jiġġustifika lilu nnifsu. Illum tgħix kemm iċċelebra r-rebħa li għamel Matteo Salvini fir-reġjun tal-Umbria. Għalkemm x'aktarx li xi ħadd fid-Dar Ċentrali tal-PN ser ikollu [...]

L-assassinju Daphne: għaliex għandu jitqies bħala delitt kriminali mafjuż?

By
2019-10-28T15:28:40+01:00Mon, 28th Oct '19, 09:08|

Il-ġuri tal-assassini ta' Daphne Caruana Galizia m'huwiex ġuri minn tas-soltu. Huwa ġuri tal-mafja. Għalkemm il-liġi ma ssejjaħlux hekk, dan ma jfissirx li m'huwiex. L-avukat Arthur Azzopardi ddikjara li mhux ser jibqa' jiddefendi lil Ċensu Muscat fil-kawżi kollha li dan għandu fil-qorti inkluż il-każ li fih jinsab mixli bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Milli jidher din [...]

Sur Prim Imħallef, asal wasla sal-ħabs dalgħodu

By
2019-10-28T15:27:39+01:00Sun, 27th Oct '19, 07:50|

Ir-rapport li xxandar fil-ħarġa tal-lum fis-Sunday Times of Malta dwar xeni ta' għajb li jfakkruk fi żminijiet fis-seklu dsatax li fihom kienu jiġu abbużati lsiera suwed u li seħħew fil-ħabs ta' Malta, għalkemm huwa xokkanti ma skantana xejn. Fil-qorti ttellgħu aktar minn mitt ruħ mixlijin talli l-ġimgħa li għaddiet wettqu atti ta' vjolenza fil-kamp ta' [...]

X’imiss wara l-Aqwa Żmien?

By
2019-10-28T15:26:55+01:00Fri, 25th Oct '19, 11:28|

Is-sinjali qed jidhru madwarna u kullimkien. L-industrija tal-gaming m'hix ser tibqa' dik li kienet għal Malta għal dawn l-aħħar 10 snin. Dawn il-kumpanniji tal-gaming issa bdew jagħmlu dak li dejjem heddew li kienu ser jagħmlu: li jparpru 'l barra minn Malta u jmorru band'oħra. Meta kienu bdew jinbtu dawn il-kumpanniji, Malta kienet għaddiet liġijiet biex [...]

X’tassew tfisser iċ-ċittadinanza

By
2019-10-25T13:46:25+02:00Fri, 25th Oct '19, 09:39|

Il-bieraħ Julia Farrugia għamlet sforz biex twieġeb għall-kritika iebsa ta' Karol Aquilina. U falliet bil-kbir fl-isforz tagħha. Biex inkunu għidna kollox, mhux lakemm wieħed joħroġ għonqu biex jiġġustifika l-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija. Ġustifikazzjoni għal skema bħal din hi diffiċli ħafna. Julia Farrugia l-bieraħ qalet li, skont hi, l-gvern Malti "ma jistax jaqbad u jirrevoka ċ-ċittadinanza" ta' [...]

Rabbi xi ftit kuraġġ Sur Imħallef anonimu

By
2019-10-25T13:45:23+02:00Sun, 20th Oct '19, 09:40|

Imħallef li ismu baqa' mistur illum tkellem ma' Matthew Agius tal-Malta Today u ġie rappurtat li qal li l-kawża li fetħet Repubblika fil-qorti dwar il-mod kif qed jinħatru l-ġudikanti qed "tiddemoralizza" lill-imħallfin. Ta' min isemmi li l-Imħallef ma jgħidx li Repubblika m'għandhiex raġun. L-argumenti li ġab huma neqsin minn oġġezzjonijiet ta' natura legali għar-raġunijiet li [...]

Għad hemm it-tama

By
2019-10-21T14:00:18+02:00Sat, 19th Oct '19, 10:47|

Ix-xenarju li kellna sa ftit ilu qed jinbidel u jkun opportun, fiċ-ċirkostanzi, li ngħaddi l-kummenti tiegħi. Għal sentejn sħaħ, minn meta bdejna l-kampanja tagħna f'Ottubru 2017, b'dispjaċir kbir stajt ninnota n-nuqqas ta' attendenza minn naħa taż-żgħażagħ. Ħlief għal xi eċċezzjonijiet 'l hawn u 'l hinn, kien jidher ċar li l-messaġġ tagħna ma kienx qed jasal [...]

X’tista’ tintebaħ wara li ssegwi l-film “The Laundromat”

By
2019-10-21T13:59:23+02:00Fri, 18th Oct '19, 22:15|

Għadni kemm segwejt il-film The Laundromat ta' Steven Soderbergh. https://youtu.be/wuBRcfe4bSo Film li jkun maħdum tajjeb x'aktarx iservi biex ifiehem aħjar ċerti kwistjonijiet li wħud minna ilna żmien twil nippruvaw nispjegawhom lil ħaddieħor mingħajr wisq suċċess. Wara li ssegwu l-film, malajr tifhmu u tintebħu il-għala l-Imħallef Aaron Bugeja ma kienx messu ta wisq kredtu lil Jacqueline [...]

Tgħid Michael Farrugia lil tal-Ambaxxata Amerikana kellimhom illum?

By
2019-10-21T13:58:21+02:00Fri, 18th Oct '19, 08:37|

Diġà għaddew jumejn minn dakinhar li l-Ambaxxata Amerikana pubblikament offriet l-għajnuna lill gvern għaliex, skont kif irraġunaw, "għadu m'huwiex tard wisq għal Malta biex issir ġustizzja b'mod kredibbli mal-qattiel ta' Daphne". X'inhu jistenna Michael Farrugia? Għamel kuntatt magħhom? Għadu ma bgħatx għal tal-FBI? U lil tal-Ambaxxata Olandiża kellimhom? Dawn għandhom xi informazzjoni dwar il-każ u [...]

X’qalu l-Amerikani

By
2019-10-17T20:38:14+02:00Thu, 17th Oct '19, 07:52|

Mid-diskorsi, mit-tweets u mill-stqarrijiet kollha li saru - ilkoll bi kritika għall-imġieba tal-gvern mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia 'l hawn - spikkat waħda fuqhom ilkoll. Il-kummenti li għamlet l-ambaxxata Amerikana kienu kummenti li skantawni mhux ftit. L-ambaxxati s-soltu jqisu kliemhom sew. Dan ma jfissirx li l-esperti tal-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti li tkellmu l-bieraħ kliemhom ma jqisuħx [...]

Ma tgħoddx oppożizzjoni magħquda għal Adrian Delia

By
2019-10-17T20:36:37+02:00Thu, 17th Oct '19, 07:23|

Kien hemm uħud li qalulna li l-bieraħ filgħaxija kellhom il-ħsieb li jattendu għad-dimostrazzjoni fil-Belt Valletta iżda li mbagħad reġa' bdielhom għaliex ħassew ruħħom urtati bl-atteġġjament ta' Helene Asciak, oħt Daphne Caruana Galizia, meta lil Adrian Delia u lid-delegazzjoni tal-PN qaltilhom fejn għandhom idaħħlu li kuruna tal-fjuri li ġabu magħhom. U ma qagħditx togħmod kliemha fl-ispjegazzjoni [...]

Kulħadd jgħid li m’għamel xejn ħażin

By
2019-10-14T06:19:26+02:00Mon, 14th Oct '19, 06:19|

Meta Daphne Caruana Galizia kitbet li kienu stabbilixew kumpaniji offshore fil-Panama, qalu li ma kienx veru. Meta ħarġu l-Panama Papers, ċaħdu li kienu għamlu ħażin.. Meta l-whistleblower ta’ Pilatus Bank ippuntat subgħajha lejhom, ċaħdu li kienu għamlu ħażin.. Ċaħdu kollox meta d-direttur finanzjarju rreżenja. U ċaħdu kollox meta rreżenja il-Kummissarju tal-Pulizija. Meta l-avukati ta’ dawk [...]

Huma jqabbdu l-avukati u l-poplu Malti qed ikollu jħallashom

By
2019-10-14T06:12:17+02:00Sun, 13th Oct '19, 18:07|

Huwa importanti ferm ir-rapport li xxandar dalgħodu fis-Sunday Times of Malta dwar il-mod kif irreaġixxa Joseph Muscat wara li hu, martu, l-assistent tiegħu u tnejn mill-ministri tiegħu rċievew sensiela ta' mistoqsijiet lejlet il-ħruġ tal-ktieb li ser jiġi pubblikat għada. Importanti għaliex juri li l-prim ministru ma tgħallem xejn u li m'hu lest li jitgħallem xejn. [...]

“Viva l-Lejber”

By
2019-10-14T06:14:07+02:00Fri, 11th Oct '19, 15:53|

Agħtu daqqa t'għajn lejn dan ir-rapport mill-qorti. Żewġ imħallfin ddeċidew appelli minn sentenzi li ttrattaw dwar l-istess artiklu. Il-kwistjoni kienet dwar jekk artiklu mxandar f'The Malta Independent dwar Keith Schembri  - il-prinċep tad-dlamijiet innifsu li huwa wkoll l-id il-leminija tal-prim ministru - u dwar dak li jeħodlu ħsieb in-negozji tiegħu, huwiex malafamanti jew le. Il-ġimgħa [...]

Meta l-gvern ta’ Joseph Muscat ma ħasibhiex darbtejn li jippermetti l-għoti tal-immunità

By
2019-10-14T06:15:22+02:00Thu, 10th Oct '19, 08:33|

Joseph Muscat qed igħid li ma jaqbilx mal-għoti tal-immunità sħiħa jew parzjali lix-xhieda biex dawn ikunu jistgħu jikxfu l-verità. Tkellem ukoll dwar l-esperjenzi tal-imgħoddi u stenna li kulħadd kien ser jiftakar li Meinrad Calleja ma kienx instab ħati ta' attentat ta' omiċidju minkejja l-fatt li Joseph Fenech -- magħruf bħala Żeppi l-Ħafi -- kien ingħata [...]

Nipprotestaw biex ma nħalluhomx igħadduha lixxa

By
2019-10-10T07:35:11+02:00Tue, 8th Oct '19, 08:09|

Dak li stqarr il-prim ministru l-bieraħ fih wieħed x'jifhem. L-iskuża prinċipali li ġab hi li ma jafx bid-dettalji tal-investigazzjoni tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia għaliex, skont hu, l-pulizija taħdem indipendentement mill-gvern u għalhekk la jista' u lanqas huwa xieraq li jindaħal. Dan m'huwiex għal kollox minnu. Aħsbu ftit fuq dak li stqarr dwar kemm ma [...]

Waħda mir-raġunijiet għala n-nies ma tridx taf bil-PN

By
2019-10-07T13:31:10+02:00Sun, 6th Oct '19, 16:02|

Illum ixxandru stejjer dwar wieħed mir-reati politiċi l-aktar serji li seħħ f'Malta. Illum is-Sunday Times of Malta tikkwota għejjun mill-investigazzjoni li hemm għaddejja li jikkonfermaw li "Daphne inqatlet minħabba x-xogħol li kienet qegħda tagħmel". Jeżistu provi li l-investigazzjoni nżammet lura apposta minħabba l-indħil tal-gvern. U minkejja dan, l-uniku politiku li qed jagħmel mistoqsijiet pertinenti lill-gvern [...]