L-editorjal tas-Sunday Times of Malta jgħid li għadu ma jistax isib tarf tal-messaġġi mħallta li qed jibgħat Robert Abela dwar il-governanza tajba. Din il-frustrazzjoni tkellem dwarha llum wara li Abela stqarr li ‘ma jara ebda raġuni il-għala’ għandu jkeċċi lil Owen Bonnici wara li l-qorti kkundannat lill-ministru talli kiser id-drittijiet fundamentali ta’ dawk li qed jipprotestaw.
“Jaqaw Abela għadu ma tgħallimx l-aktar lezzjoni prezzjuża li ħarġet mill-amministrazzjoni ta’ Muscat? Jiġifieri li jekk wieħed jinjora dak li hu ħażin – bħal meta Muscat żamm f’posthom lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri – ikun qed jistieden l-inkwiet aktar il-quddiem?”