Owen Bonnici kif għadu ma xebgħax jigdeb?

By
2020-01-31T23:59:08+01:00Fri, 31st Jan '20, 13:29|

Xandart din l-istqarrija wara li segwejt il-kummenti li ta Owen Bonnici lill-ġurnalisti. Dan il-link iwassalkom għar-rapport tat-Times of Malta. Illum Owen Bonnici kellem lill-ġurnalisti u qalilhom li l-imġieba tiegħu "kienet waħda li hi skont il-liġi" fejn għandu x'jaqsam is-sit tal-protesta quddiem il-bini tal-Qorti fil-Belt Valletta. Hu qal dan fil-kuntest tal-fatt li l-Qorti rrakkomandat li dawk [...]

Strument ta’ firda

By
2020-01-30T15:02:13+01:00Thu, 30th Jan '20, 12:51|

Illum il-Qorti Kostituzzjonali xliet lil Owen Bonnici bl-użu tal-mafkar tal-Assedju l-Kbir bħala "strument ta' firda". Din ix-xilja għandha tifsira kbira u jeħtieġ li nitkellmu dwarha. Meta kien qed jippreżenta d-difiża tiegħu, Owen Bonnici qal li l-mafkar kien jeħtieġ ir-restawr u t-tindif kuljum sforz l-allegata ħsara li kienet qed issirlu minħabba l-protesti tagħna. Il-Qorti qalet li [...]

Owen Bonnici għandu jwarrab

By
2020-01-30T14:03:42+01:00Thu, 30th Jan '20, 12:32|

  Il-Qorti mhux biss iddikjarat li fil-15 ta' Settembru 2018, Owen Bonnici kien kiser id-drittijiet fundamentali tiegħi. Huwa nstab ukoll ħati talli kiser id-drittijiet fundamentali tal-libertà tal-kelma ta' wlied, ħut u l-ġenituri ta' Daphne u ta' dawk li pprotestaw fi gruppi jew bħala individwi kull darba li dawn kienu jidħlu l-Belt Valletta biex iqiegħdu fjuri, [...]

M’hemmx lok, qalilna

By
2020-01-29T17:40:08+01:00Wed, 29th Jan '20, 15:02|

M'huwiex xogħol il-prim ministru ta' gvern demokratiku li jgħidilna protesta hemmx lokha jew le. Din hi l-kwistjoni ewlenija ta' battalja importanti li f'dan il-pajjiż ilha tiġi miġġielda għal xi żmien twil u li għadha għaddejja sal-lum. Din hi battalja f'gwerra favur il-libertà tal-kelma. Jidher li għadna ma fhimniex sewwa fuq liema sisien tistrieħ il-ħajja demokratika. [...]

Il-kuntratt ta’ Konrad Mizzi ħassruh? U issa?

By
2020-01-28T21:22:22+01:00Tue, 28th Jan '20, 18:13|

Julia Farrugia Portelli ħarġet stqarrija biex tgħid li ordnat lill-awtorità tat-turiżmu (li taqa' taħtha) biex tħassar il-kuntratt ta' konsulenza bla sens li din kienet iffirmat mal-ministru skreditat ta' qabilha Konrad Mizzi, li kien irriżenja mill-kariga tiegħu. Każ magħluq? Kollox ward u żahar issa? Din l-istorja tfakkarni f'dak il-ħalliel li jidħol f'ħanut li jbiegħ il-ħaġar prezzjuż [...]

Gabirjoli li ma jimpressjonaw lil ħadd

By
2020-01-28T10:44:13+01:00Tue, 28th Jan '20, 07:59|

Dalgħodu Robert Abela qed jittama li l-gabirjoli li għamel dwar il-promozzjoni li ngħatat lil Konrad Mizzi, dwar iż-żieda fenominali fis-salarju li ngħata u dwar il-ħatra diplomatika prestiġjuża li tah se jservu biex itaffu r-rabja li nħolqot il-bieraħ. Se jmut bil-piena. L-istqarrija li ħareġ fis-siegħat bikrin ta' dalgħodu li fiha qal li, tant jinsab impenjat favur [...]

OK Robert. Qed tgħattilhom xturhom. Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Jannar fis-6pm nerġgħu ninġabru quddiem il-Parlament.

By
2020-01-27T22:57:54+01:00Mon, 27th Jan '20, 22:08|

Wara li t-Times of Malta xandret storja dwar il-ħatra ta' Konrad Mizzi bħala l-kap tad-delegazzjoni Maltija għall-OSCE, l-istess ġurnal xandar storja oħra sensazzjonali. Wara li f'Novembru li għadda kien irriżenja taħt dell skreditat mill-Ministeru tat-Turiżmu, ftit inqas minn ħmistax wara inħatar bħala konsulent mill-istess aġenzija tal-gvern li kienet taqa' taħtu bħala konsulent b'salarju akbar minn [...]

Qed tilgħab man-nar, Robert

By
2020-01-27T20:24:05+01:00Mon, 27th Jan '20, 19:20|

Il-fatt li Konrad Mizzi se jmexxi delegazzjoni parlamentari fl-OSCE biex jitkellem dwar il-libertà tal-istampa u dwar id-drittijiet tal-bniedem mhix ħaġa tad-daħk. Robert Abela mingħalih li għamel xi bravura. Mingħalih li għamel biżżejjed biex itaffi l-garr u biex "inaddaf" sabiex b'hekk ikompli l-mixja fit-triq tal-impunità li kien qabad dak ta' qablu. Ħatra għal Konrad Mizzi m'hix [...]

Warrab. Imma ma kellux għalxiex iwarrab ta!

By
2020-01-27T14:57:55+01:00Mon, 27th Jan '20, 13:30|

Anthony Degiovanni m'huwiex mill-ħelwin. Tat-Times of Malta sejjħulu “Laburist akkanit”. Iżda apparti li huwa akkanit, huwa wkoll bniedem ardit, antipatiku, tossiku, jippretendiha, minfuħ bih innifsu, monolitiku, repetittiv, bombastiku u rrilevanti. Degiovanni jinqala' wkoll għat-trolling professjonali. Ikun dejjem minn ta' quddiem fil-kitba ta' kummenti fuq l-internet. Ma tantx jikkontribwixxi wisq għad-diskussjoni għax għall-espożizzjonijiet tal-fatti ma jinqalax [...]

Sandro lest li jidħlilha?

By
2020-01-27T11:30:57+01:00Mon, 27th Jan '20, 09:45|

  Il-kummenti li għadda Sandro Chetcuti tal-għaqda tal-iżviluppaturi xi ġranet ilu m'għandhomx jibqgħu bla tweġiba. Waqt żjara li għamel Robert Abela, dan tkellem formalment dwar l-appoġġ li l-għaqda tiegħu qed tagħti lill-kampanja li tas-soċjetà ċivili qed jagħmlu biex ma jiġix permess il-finanzjament privat tal-partiti politiċi. Tas-soċjetà ċivili isibu ruħħom kważi dejjem f'konfront mal-iżviluppaturi f'kull dibattitu [...]

AL JAZEERA: il-wirt li ħalliet Daphne

By
2020-01-27T12:02:18+01:00Mon, 27th Jan '20, 07:54|

Inħaġġiġkom issegwu dan il-filmat li xxandar fuq l-istazzjon Al Jazeera fil-programm 'The Listening Post' li huwa l-programm regolari tagħhom dwar il-ġurnaliżmu dinji. Fih għandkom issegwu inervista interessanti ma' Mark Laurence Zammit ta' Xarabank li ma qgħadx ilaqlaq dwar il-mod kif bosta minna ntebħu dwar kemm kien minnu dak li kienet tikteb dwaru Daphne dwar il-kobor [...]

Is-serjetà biss tista’ terġa’ tgħolli isem Malta

By
2020-01-22T14:18:58+01:00Wed, 22nd Jan '20, 09:13|

Ir-realtà dawwarniha f'ħolma u waqqafna ħesrem it-twettiq tal-ambizzjonijiet tagħna. L-għoġol tad-deheb ilellex  u miksi bil-flus ippermettejnilu jaljenana mill-verità li konna drajna dejjem infittxu. Mit-tfittxija tal-verità issa sirna naqgħu u nqumu. Tal-Economist Intelligence Unit m'għadhomx jikkunsidraw lil Malta bħala demokrazija sħiħa. Tal-EIU m'għamlux ġudizzju kif ġieb u leħaq u xogħolhom hu li jagħtu pariri lill-investituri dwar [...]

Apparti l-korrotti u l-imgħawwġin, hemm ukoll l-indaf u r-retti

By
2020-01-21T23:11:25+01:00Tue, 21st Jan '20, 15:28|

L-inkjesta indipendenti dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia qiegħda tkun ta' servizz pubbliku importanti. Bil-għan li jipprova jsib skuża biex tibqa' ma titnediex l-inkjesta, lil ulied Daphne l-gvern kien akkużahom li huma ħatja ta' ħafna affarijiet. U, aktar ma jgħaddi ż-żmien, wieħed jista' jifhem aħjar għala l-gvern kien għamel dik l-oppożizzjoni kollha. Bl-istess mod kif [...]

Inċentivazzjoni għall-korruzzjoni

By
2020-01-20T21:26:12+01:00Mon, 20th Jan '20, 18:36|

Agħtu daqqa t'għajn lejn din it-tweet tal-ministru Byron Camilleri. Il-loġika tiegħu tfakkarna f'dik ta' Chris Fearne li, matul il-kampanja għat-tmexxija tal-Partit Laburista, qal li l-unika raġuni li l-PN jrid iżarma l-istazzjonijiet televiżivi tal-partiti hi li m'għandux il-finanzi biex ikompli jmexxi l-istazzjon tiegħu. Dan jista' jkun minnu. Iżda l-argument m'huwiex dak. Jekk il-partiti politiċi jkunu jistgħu [...]

Is-serp li jbejjet taħt fjura innoċenti

By
2020-01-19T20:30:40+01:00Sun, 19th Jan '20, 15:15|

F'pajjiż normali fejn wieħed jista' jassumi li l-prim ministru jkun kommess favur governanza tajba u diċenti, l-istqarrija li ħareġ Silvio Valletta biex jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu kienet isservi bħala l-aħħar musmar fit-tebut politiku ta' martu. U Justyne Caruana ma kienitx isservi ġurnata oħra bħala ministru tal-gvern. Issa nafu li, f'April 2018, Ċensu Muscat lill-pulizija kien qalilhom [...]

Infiltrazzjoni mafjuża

By
2020-01-19T17:21:37+01:00Sun, 19th Jan '20, 08:32|

Silvio Valletta kien siefer ma' Yorgen Fenech biex isegwi partita futbol fi żmien meta l-Pulizija, li fi ħdanha kellha lil Silvio Valletta bħala deputat kummissarju, diġà kellha suspett li Yorgen Fenech seta' kien il-moħħ wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Il-gvern Malti kien tilef kawża dwar id-drittijiet tal-bniedem li kienet saret mill-familja ta' Daphne u [...]

Go to Top