Marthese Portelli twarrab. Deputati tal-PN igħidu li l-isforzi tagħhom biex itejbu l-prospetti tal-PN qed jixxejnu minn Adrian Delia

By
2020-02-27T21:17:21+01:00Thu, 27th Feb '20, 16:13|

Id-deputata tal-PN fuq id-9 distrett Marthese Portelli għadha kemm ħabbret ir-riżenja tagħha mill-Parlament. Is-siġġu parlamentari tagħha issa jeħtieġ li jimtela' minn kandidat li jitla' minn elezzjoni każwali. Marthese Portelli ilha sservi bħala membru parlamentari mill-2013 u kienet ġiet eletta f'żewġ elezzjonijiet fuq xulxin. Fil-Facebook hi rringrazzjat lill-Kapijiet tal-Oppożizzjoni li serviet taħthom: Simon Busuttil u Adrian [...]

Minflok governanza tajba, għandna sistema sovjetika li permezz tagħha jinħatru l-bażużli

By
2020-02-27T14:41:20+01:00Thu, 27th Feb '20, 13:49|

Repubblika tkellmet dwar il-ħatra ta' dik li kienet il-kelliema ta' Joseph Muscat, Ramona Attard fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar  u qalet li tinsab diżgustata b'din id-deċiżjoni tal-gvern għaliex l-uniċi kredenzjali li għandha din il-persuna huma li hi waħda mill-bażużli tal-Partit Laburista. Tul il-karriera tagħha Ramona Attard ħadmet fi ħdan il-Partit Laburista u fl-uffiċċji politiċi tal-gvern Laburista. Kienet [...]

Il-Prim Ministru u Ministru mitluba li jdabbru ras il-Kummissarju tal-Films

By
2020-02-27T11:51:31+01:00Thu, 27th Feb '20, 10:34|

L-għaqda li tirrappreżenta l-biċċa l-kbira tal-produtturi tal-films f'Malta komplew jagħmlu pressjoni fuq il-Kummissarju tal-Films Johann Grech biex iwarrab. Minn investigazzjoni li saret jumejn ilu minn The Shift News irriżulta li dan irreklama s-servizzi ta' 7 kumpanniji produtturi tal-films lokali u ħalla barra l-biċċa 'l kbira tat-22 kumpannija elenkati fil-katalogu li kien ħareġ fl-2018 ta' dawk [...]

Go to Top