Kannol nieqes mill-krema
Il-lejla jiltaqa' l-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista fuq ordni tal-Kap tal-Partit Adrian Delia. Huwa ta ordni li jitlaqqa' kumitat li, permezz ta' vot sigriet, sfiduċjah. U minkejja dan, baqa' jirrombla 'l quddiem u fuq l-aġenda qiegħed il-kliem "azzjonijiet konkreti". Kliem li bihom ried ifisser li jrid ipatti u jivvendika. Il-laqgħa tal-lejla ssegwi laqgħa bla sugu tal-grupp [...]