Araw ftit x’taħwida sab ruħu fiha pajjiżna
Fi żminijiet normali u f'pajjiżi normali, l-istejjer li kixef id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi u dak li xxandar mill-istampa dwar politiċi Laburisti li allegatament huma mdaħħlin f'delitti kriminali kien iġiegħel lill-pubbliku jistaqsi dwar x'qed jagħmel il-prim ministru biex iżomm ruħu 'l bogħod mill-ħallelin u l-kriminali li jinsabu fil-qalba tal-gvern tiegħu. Iżda f'pajjiżna in-normal ifisser xi ħaġ'oħra. [...]