Qed jilgħaqu l-art. Wieħed wara l-ieħor
Joe Cuschieri għadu kemm warrab mit-tmexxija tal-Malta Financial Services Authority. Dan għamlu wara li, għall-ewwel, "issospenda lilu nnifsu" iżda qabel joħroġ ir-riżultat ta' inkjesta nterna mill-eks-Prim Imħallef Joseph Azzopardi li kien ġie mqabbad mill-bord tal-MFSA. Meta kien inħatar Joseph Azzopardi, x'aktarx li ħasbu li dan kien ser ikun ħanin magħhom. Wara kollox, din kienet l-istess [...]