Jitwaħħdu l-interessi ta’ Yorgen Fenech u ta’ Robert Abela
Fl-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech ma ħa ebda pass legali. Hu minnu li huwa qabbad lill-avukati biex, għan-nom tiegħu, jiktbu ittra twila li fiha kkwotaw biżibilju ta' liġijiet. Iżda din l-ittra ntbagħtet lil diversi persuni li ebda wieħed minnhom m'għandu s-setgħa li jwettaq dak li qed jitlob, anki jekk ikunu qed [...]