Silvio Schembri u l-livelli għoljin ta’ mġieba fil-ħajja pubblika ma joqgħodux flimkien
Ċertament ma kienx xi skandlu nazzjonali ta' skala enormi. Silvio Schembri ġiegħel lid-Dipartiment tal-Informazzjoni jxandar stqarrija partiġġjana għall-aħħar li tixbaħ l-għerf li ta' spiss ixandar il-One TV bħal, per eżempju, li ‘Bernard Grech ma jħobbx lil pajjiżu’ jew diskors simili. U tad-Dipartiment tal-Informazzjoni obdewħ sal-inqas dettall. Ejjew nagħmluha ċara mill-bidu nett. Ħadd m'hu ser [...]