Reġgħu bdew iwiegħduna “l-aqwa żmien”

By
2021-01-05T09:14:48+01:00Mon, 4th Jan '21, 13:33|

Aktar ma toqrob l-elezzjoni ġenerali, aktar qiegħdin joktru l-eżaġerazzjonijiet fid-diskors. Il-bieraħ Robert Abela stqarr li s-sena 2021 ser tkun “waħda mill-aqwa snin fl-istorja ta' Malta”. L-aqwa f'hiex? Din it-tbassira fuq xiex qed isejjisha? Fuq tbassir ekonomiku? U dan it-tbassir fuqhiex huwa msejjes? Bħalissa l-gvern imissu qed jaħdem qatigħ biex lill-pajjiż jagħtih iċ-ċans li jfiq malajr [...]