Marda nazzjonali li qed teqridna
Jaqaw m'għadhomx igħallmu r-regoli tal-loġika fl-iskejjel? Il-bieraħ lill-membri tal-istampa Robert Abela qalilhom li dawk li jmexxu s-servizz pubbliku ngħataw ordnijiet biex ma jidħlux f'negozju li ma jkunx konformi mar-rwol tagħhom bħala impjegati pubbliċi. Din sejjħilha "mentalità ġdida". Għaliex ħass il-ħtieġa li jitkellem kif tkellem? Għandi nifhem li l-prim ministru espriema ruħu b'dan il-mod għaliex jidhirlu [...]