GUEST PROSE: L-inżul u t-tlugħ ta’ Marta s-sabiħa

By
2021-06-28T18:20:08+02:00Mon, 28th Jun '21, 17:50|

Din in-novella satirika hi miktuba minn xi ħadd li naf, iżda li minħabba xogħolu ma jistax jiffirma ismu. Marta minn dejjem kienet mara sabiħa. Iż-żwieġ tagħha ma’ Nazju kien irnexxa, u kellhom żewġt itfal żgħar li kienu l-mimmi ta’ għajnejhom. Minkejja t-tfal li kellha, Marta ma kienet  tilfet xejn minn ġmielha, anzi! Kienet kompliet sbieħet [...]