Każ li dwaru Konrad Mizzi għandu jitlibbes il-manetti?
Ħlief dak l-imbierek ta' Konrad Mizzi, ħadd mhu jerfa' r-responsabbiltà għall-impenn li dan kien intrabat bih ma' Stewart Health Care li permezz tiegħu dawn kellhom jitħallsu mal-€100 miljun jekk b'xi mod jitwaqqaf il-kuntratt li kienu daħlu għalih dwar it-tliet sptarijiet li darba kienu tal-poplu. Jeżistu diversi xenarji li fihom jista' jitwaqqaf il-kuntratt. Iżda huwa ferm [...]