L-eżempji li taw lil uliedna t-tliet ministri tal-edukazzjoni tal-Labour

By
2021-12-18T15:36:13+01:00Sat, 11th Dec '21, 10:45|

Dan l-aħħar, bil-għan li jipprova jilgħabha tal-innoċenti, Evarist Bartolo kiteb fuq Facebook li lkoll kemm aħna ninsabu fid-dmir niġġieldu kontra l-korruzzjoni. Ma kitibx li hu baqa' ma ġġilidx kontra l-korruzzjoni kull meta seta' jagħmel dan. Dan stqarru huwa stess f'intervista li kien ta lil Tim Sebastian li fiha ammetta li kien naqas bil-kbir li bil-fatti [...]

Galantom bi flus ħaddieħor

By
2021-12-12T17:19:48+01:00Thu, 9th Dec '21, 10:03|

Jidher li tat-Times of Malta għadhom kemm iffrankaw kemxa flus ġmielha lill-kaxxa ta' Malta. Kemxa li tal-Awtorità tat-Turiżmu kienu ser iberbqu fuq lukanda lussuża għall-alloġġ tal-impjegati tagħha li ser ikunu xogħol fil-Villaġġ tal-Milied. M'għandix għalfejn noqgħod nidħol fid-dettalji biex nispjega li tal-Awtorità tat-Turiżmu din id-deċiżjoni ma kellhomx xi jriduha. L-assurdità komplew niżżluha lejn il-qiegħ. Madankollu [...]

Il-korruzzjoni stiednuha b’idejhom

By
2021-12-18T15:37:00+01:00Mon, 6th Dec '21, 08:07|

Nhar is-Sibt li għadda, l-editur tat-Times of Malta għamel mistoqsija retorika u staqsa jekk tassew hix taħdem is-sistema tal-ġustizzja f'Malta. Ġaladarba din il-mistoqsija segwiet lista twila u dokumentata ta' fallimenti amministrattivi, proċedurali u tekniċi fl-investigazzjonijiet, fil-prosekuzzjonijiet u fil-proċessi ġudizzjarji, it-tweġiba għal din il-mistoqsija ma tistax ma tkunx "LE". Wara li għaddew jumejn, it-Times of Malta [...]

Ir-reputazzjoni tiegħu kompliet tegħreq ‘l isfel

By
2021-12-12T17:32:21+01:00Thu, 2nd Dec '21, 12:09|

M'hemmx dubju li Joseph Muscat ser jipprova jbenġilha fuq din ukoll.  Il-fatt li huwa naqas li jidher fil-qorti fil-kawża tal-libell li kien għamel kontra Christian Grima u spiċċa biex tilifha jfisser li kien qed jammetti li ma kellux tama kbira li l-qorti kienet ser tagħtih raġun li x-xilja li b'xi mod kellu x'jaqsam mal-qtil ta' [...]

Go to Top