Ara ma tażżardax issemmi l-korruzzjoni!
Illum irħejtilha lejn il-bini tal-qorti fil-Belt Valletta biex insegwi l-ewwel seduta f'kawża li Repubblika għamlet is-sena li għaddiet sabiex jiġi emfasizzat il-fatt li l-Electrogas qed tixtri l-gass mingħand is-Socar bi prezzijiet li huma ogħla mir-rati kummerċjali eżistenti u li għaldaqstant l-Enemalta qed tixtri l-elettriku mingħand l-Electrogas bi prezzijiet ogħla minn dawk li kieku kellha tixtrih [...]