Mhux sejrin ifiequ mill-velenu li jbellgħulhom

By
2022-03-03T21:37:12+01:00Thu, 3rd Mar '22, 07:36|

Il-mibgħeda u l-ħdura mhumiex imsejsin fuq ir-raġuni. Huma forma ta' mard li ma jidhirx li jeżisti fejqan għalihom. Ilbieraħ Pia Zammit u jien waħħalna kartellun mal-faċċata tal-uffiċju tagħna ddisinjat minn Ġorġ Mallia fejn jidhru jdejn Vladimir Putin imċappsin bid-demm. Iddikjarajna li ninsabu solidali mal-Ukrajna. Kont nistenna li l-biċċa l-kbira tan-nies għandhom jaqblu ma' din id-dikjarazzjoni. [...]