Tibqgħux tinqdew bit-tfal

By
2022-03-13T12:56:08+01:00Sat, 12th Mar '22, 07:20|

Tistgħu jekk jogħġobkom ma tibqgħux tinqdew bit-tfal għall-kampanja elettorali? Xi kultant ikun jidher li dawn ikunu qed iħossuhom skomdi. Xi dritt għandna li ndeffsuhom fid-dinja tal-adulti li la tiswiehom ta' ġid u lanqas tinteressahom?