Robert Abela “jikkundanna l-preferenzi”. Skont The Malta Independent huwa ġie mistoqsi jikkummenta “fuq storja dwar Laburist li ftaħar fil-mezzi soċjali li ta palata lil “ħutu Laburisti” biex jitħaffu appuntamenti dwar interventi mediċi.  Il-Prim Ministru stqarr li l-gvern jipprovdi servizzi ugwali għal kulħadd, inkużi dwak fil-qasam mediku. ‘Jekk tassew kien hemm każ fejn xi ħadd sarlu pjaċir, jien nikkundanna imġiba bħal din,’ stqarr Abela.”

Iżda jekk int wieħed mill-aħwa tal-Labour u tħoss li m’għandekx toqgħod tistenna’ meta jkun imissek biex tingħata l-kura, Robert Abela qed jgħidlek biex iċċempel lil martu — lil martu — biex tirranġalek hi. Lil dawk il-Laburisti li bi ħsiebhom jastjenu fl-elezzjoni li ġejja qalilhom “kellmu lili jew lil Lydia jekk tridu ssibu tarf”.

Ipokrita.

Ħawwadi diżonest.

Korrott.