Rosianne Cutajar ħatja ta’ “ksur gravi” tar-regolamenti tal-Kunsill tal-Ewropa

By
2022-04-30T11:02:35+02:00Fri, 29th Apr '22, 16:36|

Skont il-kumitat dwar ir-regolamenti tal-proċedura, tal-immunitajiet u tal-affarijiet istituzzjonali tal-Kunsill tal-Ewropa, Rosianne Cutajar wettqet ksur serju tal-kodiċi tal-kondotta tal-Assemblea Parlamentari  dakinhar li, f'diskors li kienet għamlet fl-Assemblea waqt riżoluzzjoni dwar Malta, kienet naqset li tiddikjara li kellha "relazzjoni professjonali" ma' Yorgen Fenech. L-interess ta' Yorgen Fenech f'17 Black u fl-Electrogas kien imsemmi f'memorandum spjegattiv li [...]

Il-Kummissjoni Ewropea b’liġi kontra kawżi SLAPP “f’isem Daphne”

By
2022-05-02T17:09:01+02:00Wed, 27th Apr '22, 13:22|

Il-Kummissarju Ewropew Vera Jourova llum ħabbret direttiva ġdida tal-UE sabiex jiġi żgurat li l-qrati Ewropej ikollhom is-setgħa li jwaqqfu kawżi ta' libell vessatorji fl-istadju bikri tagħhom. Il-qrati se jkollhom is-saħħa li jagħtu rimedji lil ġurnalisti u attivisti li jkunu fil-mira ta' libelli SLAPP u li jippenalizzaw lil min jabbuża billi jiftaħ kawżi immirati biex jagħtu [...]

Il-widna ta’ Dalli

By
2022-04-27T20:50:38+02:00Wed, 27th Apr '22, 10:10|

Dak li kien l-id il-leminija ta' Alex Dalli fil-ħabs - Randolph Spiteri - kellu jwieġeb għall-mistoqsijiet li għamlulu l-ġurnalisti biex jiġġustifika l-fatt li ma kienx qed jidħol għax-xogħol. Huwa wieġeb li kien qiegħed biss igawdi vacation allowance akkumulat u li mhux minnu li kien tkeċċa mix-xogħol tiegħu f'Kordin. Issa l-ġurnalisti mhux soltu joqogħdu jċemplu lill-impjegati [...]

Impenn qawwi bħar-riħ li jnaddaf

By
2022-04-22T16:32:50+02:00Fri, 22nd Apr '22, 16:32|

Din hi l-omelija tal-Isqof Joseph Galea Curmi f'quddies għal Daphne Caruana Galizia li saret aktar kmieni din il-ġimgħa. Għadna kif għexna t-tifkira tal-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù. Hemm osservazzjoni interessanti li jagħmel il-Papa Benedittu XVI fil-ktieb tiegħu fuq Ġesù ta’ Nażaret, meta jitkellem fuq ir-rakkont tal-passjoni ta’ Ġesù. Hu jitkellem fuq meta Ġesù daħal [...]

Min ser jitkellem għaċ-ċikonja s-sewda?

By
2022-04-21T20:22:53+02:00Thu, 21st Apr '22, 10:20|

Il-liġijiet dwar il-ħarsien tal-annimali għamilniehom għaliex irrikonoxxejna li l-annimali għandhom id-drittijiet. Għandhom dritt għall-kura. Jekk ikun biħsiebna li nikluhom, għandna noqtluhom bl-aktar mod "uman" possibbli mingħajr moħqrija bla bżonn. U jekk ikun biħsiebna nżommuhom maqfulin, ikun jeħtieġ li nitimgħuhom mingħajr ma nuru kefrija magħhom jew mingħajr ma nżommuhom marbutin. L-għasafar tal-passa ma jaqgħux taħt il-liġijiet [...]

Qrunhom iridu jibqgħu jżommuhom f’buthom

By
2022-04-20T15:53:35+02:00Wed, 20th Apr '22, 14:16|

Tal-Lovin Malta kkwotaw dak li ġie rrappurtat li qalet politikanta Laburista meta din sejħet lid-deputat Nazzjonalista Eve Borg Bonello bħala “Jason Azzopardi l-ġdida”. Jidher li fil-ġranet li għaddew u minn dakinhar li Borg Bonello rnexxielha titla' fil-Parlament, lil Joseph Muscat sejħitlu “kriminal” u dwar Cyrus Engerer fakkret li dan kien ġie misjub ħati talli xandar [...]

Taħwid fl-Identity Malta wassal għat-tkeċċija ta’ Alex Muscat mill-kabinett

By
2022-04-06T20:04:06+02:00Wed, 6th Apr '22, 09:54|

Għejjun fl-Identity Malta qaluli li, wara l-elezzjoni ġenerali, l-eks Segretarju Parlamentari Alex Muscat tħalla barra mill-kabinett minħabba ċerti irregolaritajiet li kienu qed jitħallew iseħħu f'Identity Malta, li hi l-aġenzija li tmexxi l-bejgħ tal-passaporti. Jidher li, tard is-sena li għaddiet, stejjer dwar tmexxija ħażina, abbuż mis-sahra u suspetti ta' tixħim minn klijenti tal-iskema tal-bejgħ tal-passaporti waslu [...]

Hekk kif taqa’ l-maskra, jinkixfu ta’ li huma

By
2022-04-05T21:10:08+02:00Tue, 5th Apr '22, 13:52|

Dalgħodu ktibt dwar Michael Falzon, l-eks ministru Nazzjonalista mikul b'rabja u bi ħdura, li għoġbu jtella' kitba fil-Facebook biex jesprimi l-ħerqa li għandu għal produzzjoni ta' dramm li jgħaddi ż-żmien b'Daphne Caruana Galizia. Għadu kemm kiteb artiklu li fih stqarr li l-PN qed isofri l-konsegwenzi tal-fatt li ppermetta l-eżistenza ta' Repubblika. Stqarrija bħal din, li [...]

Ministru ġdid li ser ikompli jgħattilhom xturhom?

By
2022-04-05T16:43:09+02:00Tue, 5th Apr '22, 09:26|

Photo: Jonathan Attard with Chris Cardona (Miguela Xuereb/Newsbook) L-aħwa Ġorġ u Alfred Degiorgio għadhom kemm reġgħu ppreżentaw rikors kostituzzjonali u din id-darba tennew li t-talba li għamlu biex jingħataw maħfra presidenzjali għandha tingħata smigħ xieraq. Din it-talba m'jiniex tant favur li għandha tingħata widen. Nibdew biex, l-argumenti li ġabu ma jagħmlux sens.  M'hemmx [...]

Il-wegħda li kien għamel, tgħid taret mar-riħ?

By
2022-04-04T21:27:44+02:00Mon, 4th Apr '22, 12:19|

Meta fl-2020 Aaron Farrugia kien inħatar bħala ministru, kien ħabbar pubblikament li kien biħsiebu jżomm reġistru li fih jitniżżlu d-dettalji tal-laqgħat li jkollu ma' persuni li jkollhom interess f'xi suġġett partikolari. Qal ukoll li kien biħsiebu jxandar dan ir-reġistru f'ġieħ it-trasparenza. Din l-istqarrija kienet saret f'Jannar 2020 meta Robert Abela leħaq prim ministru. Il-laqgħat li [...]

Go to Top