Ħadd mhu jgħid li eks prim ministri għandhom iġibu ruħhom bħar-rejiet tal-medju evu. M’hemmx bżonn li jinqaflu f’xi monasteru u jqattgħu l-bqija ta’ ħajjithom mitlufin f’kontemplazzjoni siekta. Iżda dak il-filmat li fih Joseph Muscat ilbieraħ deher jippassiġġa fuq bankina ta’ triq f’Oxford mal-iżviluppatur Michael Stivala, li huwa l-president tal-Għaqda Maltija tal-Iżviluppaturi tikxef dak li kellu f’moħħu Muscat meta kien Prim Ministru.

Naqblu li mhux kulm’għandna ħażin fil-pajjiż tfaċċa dakinhar li laħaq Joseph Muscat. Iżda fi żmienu, il-problemi li kellna żdiedu sewwa. Ħallielna pajjiż mimli trab u radam u b’iġsma ta’ migranti li jkun waqgħu minn bini għoli.

U għadu ma xebax.

Waqt dik il-passiġġjata, naqta’ rasi li semmew dan l-artiklu ta’ Wayne Flask li deher fl-eduzzjoni tal-bieraħ tat-Times of Malta. Jekk għadek ma qrajtux, tagħmel tajjeb jekk taqrah.