Il-qtugħ tad-dawl: għaliex ma qalux il-verità mill-bidu nett?

By
2023-02-11T14:48:23+01:00Sat, 11th Feb '23, 07:32|

Forsi hawn ser naqdef xi ftit kontra l-kurrent, iżda ma nħossx li l-qtugħ tad-dawl għal madwar 45 minuta f'maltemp qawwi aktar mis-soltu bħalma kellna f'dawn il-ġranet għandu jwassal biex ikollna kriżi nazzjonali kbira. M'hix ħaġa ta' barra minn hawn li, f'perijodu ta' maltemp straordinarju, l-infrastruttura tal-enerġija tista' ċċedi taħt pressjoni. Fil-ġejjieni x'aktarx ser ikollna aktar [...]