L-isfiduċja fil-Partit Laburista stiednuha b’idejhom

By
2023-05-31T11:42:26+02:00Wed, 31st May '23, 07:11|

Aktar tinteressani r-reazzjoni għall-inċident tal-bieraħ dwar l-Awtorità tal-Ippjanar mill-inċident innifsu. Ejjew naraw ftit x'kien dak li seħħ il-bieraħ. Il-gvern offra €4 miljun lis-sidien ta' djar li jinsabu fiċ-ċentri tal-irħula sabiex isir xogħol ta' tiswija fuqhom. Bis-saħħa tal-iskema, wieħed ikun jista' jifdi sa €11,000 mill-ispejjeż li jkun nefaq. Din l-iskema, li kienet inħarġet ukoll fl-imgħoddi u [...]