Rakkomandazzjonijiet li, sentejn wara, baqgħu fuq xkaffa jiġimgħu t-trab

By
2023-07-29T11:31:34+02:00Sat, 29th Jul '23, 07:02|

Bħal-lum sentejn ilu, tliet Imħallfin xandru rapport wara li kienu semgħu lil għexieren ta' xhieda jagħmlu r-rakkont tagħhom dwar iċ-ċirkostanzi li fihom inqatlet Daphne Caruana Galizia. Il-biċċa l-kbira tax-xhieda li nstemgħet ingħatat fil-beraħ u l-ġurnali kienu xandru rapporti estensivi. Ħaġa bħal din ma kienitx waħda tas-soltu. Fil-ġranet ta' wara l-qtil ta' Daphne, l-gvern ta' Joseph [...]

Mill-1987 ‘l hawn, qatt ma kellna diżastru bħal dan

By
2023-07-25T18:14:46+02:00Tue, 25th Jul '23, 14:50|

F'daqqa waħda lill-ministri mhux qed narawhom b'nemes. Dawn tgħidx kemm għaġġlu biex iħabbru li l-ħsarat li kkawżaw il-qtugħ tad-dawl issa ssewwew. Meta fil-fatt ma kienu ssewwew xejn għaliex id-dawl xorta waħda baqa' jinqata'. Sadattant mill-isptar Monte Carmeli smajna stejjer tal-waħx dwar pazjenti mħollijin fis-sħana u fid-dlam għal sigħat sħaħ. Smajna wkoll bil-generators tal-Isptar Mater Dei [...]

X’jeħtieġ jagħmel il-PN biex ikompli miexi ‘l quddiem

By
2023-07-24T18:04:01+02:00Mon, 24th Jul '23, 14:17|

L-istejjer ewlenin li xxandru l-bieraħ f'The Sunday Times of Malta u fil-Malta Today dwar l-aħħar sondaġġi politiċi mal-ewwel daqqa t'għajn jidhru kontradittorji. Is-sondaġġi m'huma xejn ħlief għodda u, biex ikunu effettivi, wieħed ikun jeħtieġ li jitgħallem dwar kif għandu jużahom. Hemm ċerta konsistenza bejn iż-żewġ sondaġġi. Robert Abela m'għandux kontroll sod fuq il-Partit Laburista. Mal-medda [...]

Ma ħasbux għall-għodda meħtieġa biex intellgħu biżżejjed “ilma”

By
2023-07-21T13:36:11+02:00Thu, 20th Jul '23, 12:58|

Niddikjara bil-quddiem li jien m'jinix espert fil-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku, fl-ippjanar urban, fil-meteroloġija, fix-xjenza li għandha x'taqsam mat-temp u f'dak kollu marbut mal-kwistjoni l-għala wħud minna ma nistgħux niċċarġjaw il-mobile tagħna u li allura dak li qed nikteb ma jistgħux jaqrawh. Il-gvern jinsab imbeżża' li n-nies qed twaħħal fih għall-qtugħ tal-provvista tad-dawl mill-power station. Normalment [...]

Ribelljoni u daqqa ta’ stallett li wasslu l-bastiment fil-port

By
2023-07-18T08:28:35+02:00Mon, 17th Jul '23, 22:33|

Għadni kemm attendejt għall-velja li saret fil-pjazza ta' quddiem Kastilja li ssejħet favur it-tnedija ta' inkjesta pubblika dwar iċ-ċirkostanzi li wasslu għall-qtil ta' Jean Paul Sofia. Kull min attenda kien jaf bil-quddiem li l-għan uffiċjali tal-velja kien diġà ntlaħaq. Sa minn dalgħodu kien jidher li Robert Abela kien ser ikollu jċedi l-armi u jagħti widen [...]

Nilqgħu s-sejħa tal-familja ta’ Jean Paul Sofia

By
2023-07-15T09:00:13+02:00Fri, 14th Jul '23, 07:36|

Qabel nhar l-Erbgħa, ma nafx jekk il-membri tal-familja ta' Jean Paul Sofia qattx xirfu fuq l-għatba tal-iStrangers Gallery tal-Parlament. Dakinhar filgħaxija huma sabu ruħhom fiċ-ċentru tal-attenzjoni. Bħala regola, l-għajjat tan-nies dirett lejn il-Parlamentari xejn ma jinżilli għasel għax ifakkarni f'ċerti episodji tal-waħx li kienu seħħew waqt ir-Rivoluzzjoni Franċiża. Idealment, lill-membri parlamentari ntellgħuhom biex jirrappreżentawna u, [...]

Omm imnikkta titkarrab u Robert Abela jdawwar wiċċu n-naħa l-oħra

By
2023-07-12T21:48:44+02:00Tue, 11th Jul '23, 11:27|

Meta jkun fil-bżonn, m'għandux ikun hemm ebda mistħija għal dak li jagħżel li jitkarrab. Imissu jistħi dak li jkollna nitkarrbu miegħu biex ma jħalliniex f'sitwazzjoni li fiha jkollna noqgħodu nitkarrbu. Il-bieraħ omm Jean Paul Sofia għamlet ġurnata sħiħa barra l-bini tal-Parlament tiġbor il-firem sabiex tipperswadi lill-prim ministru jaħtar inkjesta pubblika biex insiru nafu jekk l-istat [...]

Mhux biss hi mġieba tal-vavi: hi wkoll imġieba korrotta

By
2023-07-08T08:26:53+02:00Fri, 7th Jul '23, 12:19|

Fil-każ ta' Jean Paul Sofia, l-imġieba ta' Robert Abela mhux biss kienet tixbaħ dik tal-vavi. Kienet ukoll imġieba korrotta. Il-bieraħ fil-Parlament seħħ dibattitu li matulu ntalbet it-tnedija ta' inkjesta bil-għan li nsiru nafu jekk kienx hemm nuqqasijiet minn naħa tal-gvern  u dwar jekk il-mewt qasir il-għomor ta' Sofia setgħetx ġiet evitata. Inkjesta indipendenti għandha awtorità [...]

It-torri qed jiġġarraf

By
2023-07-03T12:28:51+02:00Mon, 3rd Jul '23, 09:20|

Ir-riħa tinten li tinxtamm fl-arja ilha magħna minn dakinhar fl-2013 li tal-Labour ħadu r-riedni tal-gvern f'idejhom. Il-bidla fil-gvern suppost kellha tkun bidla għall-aħjar. Xejn minn dan. Ċertament ma tantx għandna b'xiex neċċitaw irwieħna. Nistgħu biss nobsru x'ser iseħħ wara li jinkaljalhom il-vapur. Iżda dak li qed iseħħ bħalissa ma jistax ikun aktar ċar quddiem għajnejna. [...]

Go to Top