Is-sewwa jpinġuh bħala dak li hu ħażin. U l-ħażin ipinġuħ bħala dak li hu sewwa
Il-bieraħ filgħaxija, numru żgħir ta' deputati parlamentari ltaqgħu mal-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard li qed jippilota l-liġi li ser iġġib kważi fix-xejn il-proċedura tal-iffriżar temporanju tal-ġid għal dawk li jkunu mixlija b'ħasil ta' flejjes maħmuġin. Dawn kienu qed jiddiskutu l-liġi fl-istadju tal-kumitat. Jiġifieri dik il-fażi fil-proċess li fiha jiġu mgħarbla l-artikli kollha tal-abbozz u wara l-emendi [...]