Lest jispara lejn min idendel il-manetti quddiem wiċċu

By
2024-01-27T15:20:51+01:00Sat, 27th Jan '24, 05:38|

Lejn tmiem l-2019 u għal perijodu qasir, Joseph Muscat kien telaq ir-riedni tal-gvern tal-pajjiż f'idejn ħaddieħor. L-arrest ta' Yorgen Fenech kien heżżeż is-sisien tat-tmexxija tal-Partit Laburista. Keith Schembri kien ġie arrestat u għamel ftit ġranet il-ħabs. Chris Cardona kien “issospenda lilu nnifsu” għal ftit ijiem. Minn ministru, Konrad Mizzi sar konsulent tal-gvern b'paga aħjar għalkemm [...]