i

Ma’ sider Anġlu Gafà għadhom kemm dendlu midalja b’rikonoxximent għal “servizz twil u effiċjenti”. Teknikament il-midalja jdendilhielu l-Ministru tal-Intern. Fil-prattika, jdendilha ma’ sidru hu stess.

Din hi midalja tabiħaqq prestiġġjuża. Midalja li dan l-aħħar iddendlet ukoll ma’ sider Ian Abdilla, bniedem li mingħalih li l-kriminalità tiġġildilha billi tiġbdilha ritratt.

Għandu żmien biżżejjed fuqu biex jiftakar lil Muttley iżda, għall-benefiċċju ta’ dawk li twieldu mill-bidu tal-millennju ‘l hawn, segwu ftit dawn il-Wacky Races. Lix-xenati ta’ Konrad Mizzi quddiem il-PAC jitfuhom.